COVID-19
Minn għada TVM jerġa’ jibda jxandar l-aġġornament minn Prof Gauci

Minn għada s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, se terġa’ tibda tagħti aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19.

Ix-xandira diretta se tibda ssir kull nhar ta’ Ġimgħa fin-12.30pm u se tixxandar fuq TVM, tvm.com.mt u fuq il-paġna ta’ Facebook Television Malta.

Fil-bidu tal-pandemija l-aġġornament minn Prof Gauci kien isir kuljum, iżda meta l-każijiet bdew jonqsu sostanzjalment dan tnaqqas għal tliet darbiet f’ġimgħa, sakemm twaqqaf għal kollox fl-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju.

Matul l-aħħar xahrejn id-dettalji ta’ każijiet ġodda baqgħu jingħataw xorta waħda kuljum permezz ta’ figuri ppubblikati fuq il-midja soċjali mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Aktar