Elezzjoni
“Minn għada xogħli se jkun li nara li nibqgħu saqajna mal-art u li l-Gvern jibqa’ tan-nies” – PM

F’rally tar-rebħa, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat filwaqt li irreveda ‘l fuq il-vantaġġ li l-Partit Laburista kiseb fl-elezzjoni, ħareġ l-id tal-ħbiberija biex il-Gvern jaħdem ukoll maż-żewġ Ewroparlamentari Nazzjonalisti li ser jiġu eletti.

Quddiem folla ta’ eluf ta’ partitarji Laburista li nġabru quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, fil-Ħamrun, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Labirista, Joseph Muscat sostna li dan huwa l-mument għall-għaqda nazzjonali fost. Dr Muscat qal li r-rebħa tal-Partit Laburista hija saħanistra akbar minn dak li indika aktar kmieni filgħodu.

Dr Muscat qal “flimkien ksibna sa issa iktar minn 55% tal-voti u sa issa l-maġġoranza ta’ 48,000 vot. Dan kollu għamilnieh bis-saħħa tal-għaqda li żrajna, tal-għaqda li trid tibqa’ l-punt ċentrali ta’ dan il-moviment.”

Dr Muscat qal li dan l-ikbar riżultat fl-istorja tal-pajjiż jitfa’ piż ferm akbar fuq il-Gvern u li jrid jibqa’ tan-nies u man-nies.

“Jien xogħli minn għada filgħodu stess se jkolli nara li jien, il-Ministri, is-Segretarji Parlamentari u l-membri Parlamentari nkunu kollha saqajna mal-art, ma tikbrilniex rasna” qal Dr Muscat.

Il-Prim Ministru Muscat ikkonferma li l-Partit Laburista ser itella’ erba’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew. Qal li l-poplu Malti u Għawdxi ma jridx min imur barra minn Malta jaħdem kontra Malta.

“U għalhekk nawgura minn qalbi lill-erba’ membri parlamentari li se jkun eletti f’isem il-Partit Laburista ħidma sfieqa mill-ewwel favur Malta u favur l-Ewropa” qal il-Prim Ministru.

Huwa appella liż-żewġ Ewroparlamentari Nazzjonalisti sabiex anke huma jaħdmu favur Malta.

“L-appell tiegħi jmur ukoll għaż-żewġ membri parlamentari li se jkunu eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista. Le le dawk Maltin bħalna u issa l-mument li neqilbu l-folja u jien minn hawnhekk ngħidilhom liż-żewġ membri parlamentari li se jkunu eletti mal-Partit Nazzjonalista li aħna lesti naħdmu magħkom kunu lesti aħdma magħna ukoll” qal il-Prim Ministru.

Dr Muscat apella lill-partitarji Laburisti biex f’dan il-mument joħorġu jdejhom għal ħaddiehor għax dan huwa moviment tal-għaqda u mhux tal-firda.

Ir-rally kien il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet li partitjarji Laburisti għamlu fit-toroq ewlenin malli filgħodu, il-Prim Ministru kkonferma r-rebħa b’maġġoranza komda għall-Partit Laburista.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Aktar