COVID-19
Minn nhar il-Ġimgħa se jiġu rilaxxati kważi l-miżuri kollha, iżda l-maskri se jibqgħu jintlibsu

Minn nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju se jiġu rilaxxati l-maġġoranza tal-miżuri restrittivi b’rabta mal-Covid-19. Dan ħabbru l-Prim Ministru Robert Abela waqt konferenza tal-aħbarijiet minn Kastilja llejla.

Qal li fil-5 ta’ Ġunju ħa jitneħħew il-kumplament ta’ miżuri restrittivi, u qal li se jiġu ffaċilitati l-affarijiet, waqt li jinżamm il-prinċipju tas-saħħa l-ewwel. Qal li dan huwa possibbli għax fl-aħħar ġimgħat għamilna evalwazzjoni ta’ x’kien u x’ma kienx effettiv biex titwaqqaf l-imxija.

Qal li l-Gvern se jżomm tliet miżuri ta’ mitigazzjoni sempliċi waqt li jiġu rilaxxati l-miżuri l-oħra; id-distanza soċjali, l-iġjene u l-ħasil tal-idejn, u l-ilbies tal-maskri f’ċertu postijiet.

Il-Prim Ministru żied li min-nhar it-Tnejn ħa jitħabbar baġit li sejjaħlu multimiljunarju, u se jikkonsisti f’miżuri ġodda li jinċentivaw l-ekonomija u n-negozju, wara li minn nhar il-Ġimgħa kulħadd se jkun jista’ jmur għax-xogħol, inkluż persuni meqjusa vulnerabbli.

Dr Abela qal li fejn jidħol contact sports, dan għadu ma jistax isir għalissa. Qal li r-risk assessments daħlu fid-dettal u mhux irrakomandat li l-ftuħ tal-contact sport f’dan iż-żmien.

Id-dettalji dwar ir-rilaxx tal-miżuri qed jingħataw fl-istess konferenza mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci.

Segwi l-konferenza hawn:

Konferenza tal-Aħbarijiet mill-PM Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela iħabbar iktar rilaxx ta' miżuri addottati minħabba s-sitwazzjoni COVID-19. Ix-xandira mistennija tibda' fis-7pm

Gepostet von Television Malta am Montag, 1. Juni 2020

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar