Ambjent
Ara kif għandek tarmi l-ħġieġ minn Settembru li ġej

Mill-1 ta’ Settembru li ġej, il-ħġieġ se jinġabar biss jekk jinħareġ fil-kontenituri li tqassmu mill-WasteServ jew f’kontenituri oħrajn li jistgħu jerġgħu jintużaw.

Dan intqal fi staqrrija uffiċjali fejn il-pubbliku qed jiġi mgħarraf li ħġieġ mormi ma’ skart ieħor bħal plastik jew kartun jew oġġetti oħra mhux se jinġabar. Dan qed isir biex tiġi żgurata l-kwalità tajba u jiġi massimizzat il-potenzjal tar-riċiklaġġ tal-materjal.

Residenti li jgħixu f’appartamenti qed jiġu mħeġġa joħolqu sistema komuni għar-riċiklaġġ tal-ħġieġ.

Il-WasteServ jixtieq ifakkar lill-pubbliku li jista’ wkoll jarmi l-ħġieġ fil-Bring in Sites.

 

 

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar