Minn tal-anqas 30 mejta f’żewġ splużjonijiet f’moskea fin-Niġerja

Minn tal-anqas 30 ruħ inqatlu f’żewġ splużjonijiet f’moskea qrib il-belt Niġerjana ta’ Maiduguri.

Ġellied suwiċida sploda lilu nnifsu fil-moskea u ieħor sploda lilu nnifsu waqt li n-nies kienu qed jippruvaw jaħarbu mill-ewwel splużjoni.

Il-belt spiss tkun fil-mira tal-grupp militanti Iżlamiku Boko Haram.

S’issa l-ebda grupp ma ħa responsabilità tal-attakk tal-Ħamis waqt it-talb ta’ filgħaxija li minbarra l-mejta, ħalla ħafna nies midruba.

It-Tlieta tliet bombi splodew f’Maiduguri u qatlu minn tal-anqas erba’ persuni.

Ħafna oħrajn inqatlu wkoll fi tliet splużjonijiet f’din il-belt xahar ilu.