Stejjer Umani
Minn tifel ‘traskurat’ bid-dislessja għal sid ta’ kumpanija bi 30 ħaddiem

Għalliema kienu jaħsbuh għażżien jew traskurat. Il-kotba qatt ma ħabbhom u waqt l-eżamijiet kien iħossu f’dinja oħra. Din hija l-esperjenza ta’ Matthew Pullicino, li għalkemm skopra b’ċikka li għandu d-dislessja, ma ħalliex din ir-realtà xxekklu mill-ħolm tiegħu. Illum imexxi kumpanija tal-visual effects li tħaddem 30 persuna li l-abbiltajiet tagħhom imorru lil hinn mill-kitba u n-numri.

Iżgħar fl-età, Matthew kien iħossu differenti minn sħabu. Il-kotba qatt ma kienu ħbieb tiegħu.

“Meta niġu għas-suġġetti tal-iskola biex tqabbel ir-riżultati li ġibt tal-eżamijiet ma’ ta’ sħabek jien kont noħroġ u ngħid għamilt l-istess eżami li għamlu huma?” qal Matthew Pullicino.

Kummenti mingħand għalliema kienu jagħmlulu qalbu sewda.

“Matthew can try harder. Matthew is an intelligent boy but he doesn’t apply himself enough.  Jista’ imma mhux qed jilħaq il-potenzjal tiegħu. Kważi kważi ħasbu li kont għażżien jew careless” kompla jgħid Matthew.

Gerrbu s-snin u Matthew bena familja. Meta wliedu bdew jitfarfru, Matthew skopra li għandu d-dislessja.

“Jien meta kont żgħir qatt ma kont naf li kelli din il-kundizzjoni. Skoprejna li għandhom profil ta’ dyslexia xi ftit jew wisq u jien kont simili” qal Matthew Pullicino.

Minkejja li bid-dislessja, Matthew irnexxielu jibni negozju mix-xejn.

“Li tifel ma jmurx tajjeb l-iskola jew kif inhu mistenni, mhux l-aħħar tad-dinja. Fid-dinja tal-lum li tkun kreattiv, tista’ toħloq business tiegħek stess mhux bilfors ma jimpjegawkx” kompla jgħid Matthew Pullicino.

Matthew imexxi kumpanija tal-visual effects li timpjega madwar 30 persuna. Fil-maġġoranza tagħhom, għandhom għal qalbhom il-kreattività u l-istampi.

Matthew spjega li “jaħdmu aktar bir-right brain tagħhom fejn trid tgħaqqad dawl, immaġni, movimenti bilfors trid tkun b’dawk it-talenti.”

Matthew appella liż-żgħażagħ biex ma jiddejqux joħolmu u joħorġu b’ideat innovattivi. Iħoss li t-teknoloġija qed tagħti ċans lin-nies biex jesperimentaw u jagħmlu xi ħaġa differenti b’ħajjithom.”

Aħbarijiet Oħra
Temp

Qed ikun imbassar li se tagħmel maltempata bir-ragħad fuq il-gżejjer Maltin iktar tard illum, bl-iktar ħin probabbli li se tgħaddi minn fuq Malta u Għawdex huwa bejn is-2pm u nofsillejl….

Ġurnali

In-Nazzjon Fl-ewwel paġna ta’ In-Nazzjon insibu ritratt tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia mal-Kap tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Webber fi Brussel fejn Dr Delia attenda għas-summit tal-PPE. Fl-ewwel paġna wkoll insibu…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-jiem li ġejjin, fi Brussell, se jkun qiegħed jiddiskuti flimkien mal-mexxejja tal-Istati Membri l-futur tal-Ewropa fid-dawl ta’ Brexit u l-fenomenu tal-immigrazzjoni u l-isfidi li jġib miegħu….

Infrastruttura

Tnediet skema ġdida bħala parti mill-proġett għar-riġenerazzjoni tan-naħa t’isfel tal-Belt Valletta. Din l-iskema li hija ffinanzjata 80% minn Fondi Ewropej u 20% mill-Awtorità tal-Ippjanar tammonta għal €2 miljun. Immexxija mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-iskema tagħmel parti…

Aktar