Barranin
Minnu li l-għaġin iħaxxen jekk tieklu qabel torqod?

Min ikun attent għall-figura spiss jevita li jiekol l-għaġin filgħaxija, minħabba li jemmen li l-karbojdrati fl-għaġin mhux se jinħarqu u jinbidlu f’xaħam meta jmur jorqod.

Skont l-Istituto Superiore di Sanità f’Ruma, din hija idea żbaljata, għax jekk tiekol platt għaġin u tagħmel ġurnata bilqegħda ma’ skrivanija, se jkollok bejn wieħed u ieħor l-istess effett daqslikieku dħalt torqod.

Ir-riċerkaturi tal-ISS jemmnu li mhix kwistjoni ta’ x’ħin tiekol l-għaġin, imma tal-kwantità li tieħu. Id-daqs tal-platt irid ikun addattat għad-daqs tal-ġisem, għall-età u għall-attività fiżika li wieħed jagħmel.

Jekk il-kwantità hija tajba, allura l-ħin li matulu jittiekel l-għaġin ma jagħmilx wisq differenza. Jingħad li l-karbojdrati għandhom jingħaddu fuq jum sħiħ, u mhux fi kwantitajiet separati skont il-ħin tal-ġurnata.

Iktar minn hekk, jingħad li l-għaġin qabel l-irqad jista’ jgħin lil min ibati biex jorqod, peress li jistimula l-produzzjoni tal-ormon serotonin, li jġiegħel lil dak li jkun iħossu iktar rilassat.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Esperti forensiċi baqgħu mistagħġba meta waqt investigazzjoni fuq l-għibien ta’ tifla fl-1983, Emanuela Orlandi, meta qalgħu l-għadam minn żewġ osswarji fil-Vatikan, ma sabu lanqas l-għadam ta’ żewġ prinċipessi tas-seklu dsatax…

Barranin

F’Venezja, il-Pulizija mmultat żewġ turisti Ġermaniżi wara li nqabdu jagħmel kafè fuq it-taraġ tal-pont ta’ Rialto It-turisti weħlu multa ta’ €950 talli kienu qed isajru l-kafè fuq kuker żgħir. Flimkien…

Barranin

Il-vulkan Etna qed jerġa’ jiżbroffa u li kawża tad-duħħan iswed, ajruporti fil-viċinanzi fosthom ta’ Katanja u Comiso qed ikollhom jillimitaw l-operat tagħhom. Nies entużjasti fuq il-vulkan ħadu ritratti mill-isbaħ tal-lava…

Barranin

Fl-20 ta’ Lulju, 1969, mas-600 miljun persuna segwew b’entużjażmu u b’kurżità l-ewwel passi tal-bniedem fuq il-qamar. L-astronawta Neil Armstrong naqqax dan l-avveniment bil-frażi storika “That’s one small step for man,…

Aktar