Unjoni Ewropea
Miriam Dalli l-aktar MEP Maltija influwenti skont VoteWatch Europe

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Miriam Dalli ġiet ikkonfermata bħala l-aktar MEP Maltija influwenti fil-ħames snin ta’ din il-leġislatura.

Skont VoteWatch Europe, Dr Dalli hija l-unika Maltija fil-klassifika tal-aktar 100 MEP influwenti fost it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea.  Hija kklassifikat fit-28 post minn fost il-lista ta’ 100 MEP.  Fl-ewwel post hemm il-President tal-Parlament Ewropew, it-Taljan Antonio Tajani.

Il-kriterji wżati minn VoteWatch Europe jikkonsistu f’analiżi tal-ħidma li saret mill-MEPs, fosthom kemm-il rapport kellhom, il-pożizzjonijiet ewlenin li okkupaw, ir-riżultati tal-voti li kisbu, u fatturi oħra li jaffettwaw kemm l-MEP ikun jew tkun kapaċi tinfluwenza l-ħidma fil-Parlament Ewropew.

Fi stqarrija, Dr Dalli qalet li dan ir-riżultat ifisser responsabilità akbar biex iġġib l-interess tal-pajjiż qabel kull interess ieħor, filwaqt li sostniet li l-fatt li tinsab f’din il-lista jfisser li mhux kemm hu kbir jew żgħir pajjiżek li jgħodd iżda kemm lesta taħdem biex tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.

Dan huwa t-tieni rikonoxximent għall-MEP Dalli hekk kif ġimgħatejn ilu l-Politico għażilha wkoll bħala waħda minn fost l-iktar 40 MEP li għamlu differenza matul dawn il-5 snin fil-Parlament Ewropew.

Ara wkoll:

Politico jagħżel lil Miriam Dalli bħala waħda mill-MEPs li għamlet differenza

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ir-reklużjoni ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għadha meħtieġa? Fl-opinjoni tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta, il-Professur Andrew Azzopardi, ir-reklużjoni għandha titneħħa għal kollox. Iżda f’għajnejn l-opinjonista Malcolm Seychell,…

Saħħa

Il-mediċina tradizzjonali Ċiniża bdiet eluf ta’ snin ilu, iżda għadha mfittxija sal-lum il-ġurnata, inkluż f’Malta. Eluf ta’ Maltin fl-aħħar snin fittxew it-trattamenti tradizzjonali Ċiniżi fiċ-ċentru mediku Ċiniż. Bl-iffirmar ta’ protokol…

Kronaka

Ir-residenti tal-blokk appartamenti f’Ħal Qormi, fejn seħħ in-nar dalgħodu, ingħataw is-serħan tal-moħħ li jistgħu jibqgħu jgħixu f’darhom. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ikkonferma li wara li l-Awtorità tad-Djar ħadet…

Qorti

Wieħed minn persuni arrestati waqt party fir-Rabat fil-lejl ta’ Santa Marija l-ġimgħa l-oħra, baqa’ miżmum arrestat wara li ġie akkużat li kellu 66 qartas b’sustanza bajda allegatament droga. L-Ingliż, Ralph…

Aktar