Miss Malta
Miss Malta 2021: 60 kontestanta għall-ewwel darba, f’nofsinhar jitħabbru l-lokalitajiet

Is-sena d-dieħla Miss Malta se tkun qed tittella’ għas-57 darba, b’kampanja mimlija sa ruħ ommha li se tkun qed tibda mil-lum. Din id-darba, se jidħlu fis-seħħ għadd ta’ tibdiliet ġodda fit-tħejjijiet u l-proċeduri li mistennija jikkaratterizzaw lill-edizzjoni li jmiss.

F’kummenti lil tvm.com.mt iż-żewġ diretturi ta’ Miss Malta, Kersten Borg u Jeanette Bezzina qalu li fost l-oħrajn l-edizzjoni li jmiss, għall-ewwel darba, se jkollha 60 finalist bil-għan li l-livell tal-kompetizzjoni jogħla u jkun jista’ jħabbatha mal-kompetizzjonijiet tal-immudellar li jsiru lil hinn minn xtutna.

Is-Sur Borg u s-Sinjura Bezzina qalu li l-kontestanti li daħlu għal Miss Malta 2021 b’ruħhom u b’ġisimhom mat-tokki ta’ nofsinhar illum se jkunu qed jiżvelaw fuq il-paġni ta’ Facebook tagħhom il-lokalitajiet Maltin u Għawdxin li se jkunu qed jiġu rrappreżentati minnhom.

Iż-żewġ diretturi qalu li fost l-oħrajn il-kampanja li tinsab wara l-bieb se jkollha aktar masterclasses u firxa wiesgħa ta’ lezzjonijiet maħsuba biex jagħtu daqqa t’id lill-kontestanti biex isaħħu l-personalità tagħhom.

It-taqtigħa bejn is-60 kontestanta tidħol fl-aqwa tagħha fil-Grand Final night is-sena d-dieħla.

Aħbarijiet Oħra

Il-mewt ta’ mijiet ta’ ljunfanti f’daqqa fil-Botswana iktar kmieni din is-sena qajjem tħassib għal din l-ispeċi fl-Afrika li diġà tinsab fir-riskju tal-estinsjoni. Huwa kkalkulat li bejn Mejju u Ġunju mietu…

Balena magħrufa bħala ‘humpback’ li kienet spiċċat fi xmara mimlija kukkudrilli fl-Awstralja, issa rnexxielha tmur lura fil-baħar. Il-balena ntelmħet fin-Northern Territory ġimgħa ilu, u qanqlet biża’ li se tinkalja jew…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Illum fis-18:15 fuq TVM ser ikunu qiegħed jintwera programm bil-kanzunetti li għaddew għall-finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020.  F’dan il-programm ser naraw 12-il kanzunetta li ġew interpretati live quddiem…

Aktar