Qorti
Sentenza ta’ ħabs wara li ħaraq karozza

Il-Pulizija ressqet il-qorti tliet irġiel, fosthom żewġ żgħażagħ, mixlija li taw in-nar vettura f’Ħaż-Żabbar.

Filmati tal-każ li seħħ il-Ħadd li għadda wara nofsinhar xxandar fil-media soċjali wara li ġie ffilmjat minn membru tal-familja li sofriet ħruq fil-karozza.

Sorsi qrib il-Pulizija qalu li din l-azzjoni kienet riżultat ta’ argument dwar post ta’ parkeġġ.

Feliċ Delia ta’ 54 sena li joqgħod Wied il-Għajn, flimkien mal-aħwa Paul Fava ta’ 17-il sena u Stephen Fava ta’ 18-il sena minn Santa Luċija ġew mixlija wkoll li meta taw in-nar lill-vettura kkaġunawlha ħsarat estensivi u li kisru l-paċi publiku.

Feliċ Delia waħdu ġie mixli li bil-ħsieb li jweġġa’ gravi żewġ persuni, xeħet fjuwil fuqhom u li darab ħafif lil waħda minnhom b’daqqa ta’ lieva. Ġie mixli wkoll li hu riċediv. It-tliet irġiel ammettew l-akkużi. Il-Maġistrat Simone Grech ikkundannat lil Feliċ Delia erba’ snin ħabs u liż-żgħażagħ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin. Ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għal tliet snin favur il-vittmi.

Ara wkoll:

ARA: Jitfa’ l-petrol u jqabbad karozza f’Ħaż-Żabbar

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ residenti li jgħixu fi Triq il-Baltiku, San Ġiljan qamu maħsuda hekk kif sabu l-karozzi tagħhom milquta. Resident li kkuntattja lil TVM qal li dan mhux l-ewwel inċident tax-xorti tiegħu…

Saħħa

Is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika qalet li qed tagħmel moniteraġġ kontinwu fuq is-sitwazzjoni fiċ-Ċina u li qed isegwi l-pariri tal-Organiżżazzjoni Dinija għas-Saħħa (WHO). Fi stqarrija, intqal li Malta qed tieħu l-prekawzjonijiet kollha wara…

Mużika

Inawgurata fis-sena 1989, CAP-Sounds hija aġenzija tal-produzzjoni u l-ippubbiklar tal-mużika fil-qalba tal-Ġermanja li dejjem tat sapport u sostenn lill-artisti Maltin; sa mill-1996 meta Miriam Christine rrapreżentat ‘l Malta fil-Eurovision Song…

Aktar