Barranin
Missier fil-Ġappun sakkar lil ibnu f’gaġġa għal 25 sena

Raġel ta’ 73 sena fil-Ġappun ġie arrestat fuq suspett li żamm lil ibnu f’gaġġa għal madwar 25 sena. Allegatament il-missier sakkar lil ibnu li għandu mard mentali għaliex qal li kien sar vjolenti.

Il-każ ra d-dawl tax-xemx meta ħaddiema soċjali li żaret lill-familja ndunat bir-raġel li kien maqful f’gaġġa tal-injam ġo kamra biswit id-dar tal-familja fil-belt Sanda.

Il-gaġġa kienet wiesgħa żewġ metri u għolja metru, b’konsegwenza li r-raġel, li għandu 42 sena, instab b’dahru mgħawweġ.

Għall-ewwel l-awtoritajiet akkużaw lill-missier li sakkar lil ibnu għal 36 siegħa, iżda hekk kif issoktat l-investigazzjoni bdew ħerġin dettalji ħafna iktar xokkanti.

Allegatament kien il-missier stess li ammetta li kien sakkar lil ibnu sa minn meta dan kellu 16-il sena. Huwa qal li kien jitimgħu kuljum u jħallih jinħasel.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fi Spanja, tkompli titqanqal tanqtlet diskussjoni kbira dwar il-liġijiet kontra l-vjolenza domestika wara li raġel ta’ 50 sena qatel lill-martu u waqt li ħareġ bil-parole qatel ukoll lill-avukata tiegħu li…

Barranin

Fil-Polonja, eluf ta’ nies attendew il-funeral tas-Sindku ta’ Gdansk Pawel Adamovicz li nhar il-Ħadd inqatel b’daqqiet ta’ sikkina waqt li kien qed jieħu sehem f’attività ta’ karità biex jinġabru l-fondi…

Barranin

Waħda min-nisa li weġġgħu fl-inċident li kien involut fih id-Duka ta’ Edinburgh, il-Prinċep Philip qalet li minn dejjem xtaqet tiltaqa’ ma’ xi ħadd mill-Familja Rjali. X’aktarx imma qatt ma bassret…

Annimali

Il-kelb li ddomina l-mezzi soċjali Boo miet fl-età ta’ 12-il sena. Is-sidien tiegħu qalu li wara li miet il-kelb Buddy fl-2017, Boo beda jkollu problemi f’qalbu. L-amministraturi tal-paġna tal-kelb fuq…

Aktar