Stejjer Umani
Missier iwieġeb lill-eks martu dwar uliedhom fl-Awstralja

Wara l-istorja li xandar TVM dwar l-omm li allegat li ilha sitt gimghat ma tara liż-żewġ uliedha fl-Awstralja, il-missier, permezz tal-avukat tiegħu f’Malta, sostna li huwa offra li l-aċċess għat-tfal jinqasam nofs b’nofs, iżda qal li l-omm irrifjutat dan l-arranġament.

Kompla jgħid li l-omm taf fejn qegħdin uliedha għaliex hu ma ħariġhomx mir-residenza tiegħu, u sostna li qiegħed f’konformità mal-liġi.

Fi stqarrija, il-missier fakkar li omm uliedu kienet ħadet lit-tfal illegalment mill-Awstralja f’Diċembru 2016 waqt li huwa kien għax-xogħol bi ksur tal-Hague Convention.

Spjega li qatta’ sentejn u nofs f’battalja legali biex jieħu lil uliedu lura fl-Awstralja, fejn dawn irritornaw wara sentenza mill-Qorti Ċivili Maltija fi Frar li għadda, li kienet ikkonfermata fl-Appell.

TVM offra lill-missier l-istess opportunità li ta lill-omm biex jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu, iżda permezz tal-avukat tiegħu għażel li jwieġeb fi stqarrija.

Ara wkoll:

Karba ta’ omm itturufnata minn Malta u mifruda minn uliedha ċkejkna

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Aktar tard din is-sena partijiet minn Malta mistennija jerġgħu jintużaw għall-film blockbuster. Il-film ġdid ‘Jurassic World 3′ mistenni jinħareġ fis-swali taċ-ċinema f’Ġunju tas-sena d-dieħla. L-aħħar film minn din is-serje kellu…

NGOs

Fil-Palazz Presidenzjali ta’ San Anton ġew premjati l-għaqdiet li matul is-sena l-oħra ħarġu b’ideat u proġetti kreattiv ma’ persuni vulnerabbli. Il-Premju tal-President ghall-Kreattività, li jsir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, din…

Politika

Il-Ministru Owen Bonnici qal li bħala Ministru tal-Edukazzjoni se jaħdem, fost affarijiet oħra, biex jiġu indirizzati nuqqasijiet fis-sistema biex ħadd ma jaqa’ lura, u biex iżjed nies ikomplu jistudjaw, anke…

Politika

Waqt żjara fil-ħwienet fil-Belt Valletta, il-Prim Ministru Robert Abela intlaqa’ mill-pubbliku, is-sidien, u l-ħaddiema tal-istabillimenti fi Triq ir-Repubblika. Dr Abela qal li l-Gvern qiegħed u ser ikompli jwettaq il-wegħda tiegħu…

Aktar