Kronaka
Missier joqtol lil ibnu wara argument bejniethom f’Ħal Għaxaq

Missier ta’ 68 sena minn Ħal Għaxaq, Salvu Dalli magħruf bħala d-‘Danger Man’, qed jinżamm arrestat mill-Pulizija wara li dalgħodu allegatament qatel lill-ibnu ta’ 37 sena, Antoine Dalli b’tir ta’ senter f’żaqqu.

Il-vittma, li hu missier ta’ żewġt itfal, instab bla ħajja fil-kamra tal-banju waqt li missieru allegatament ikkopera mal-Pulizija hekk kif ġie arrestat fid-dar tiegħu fejn seħħ id-delitt.

Il-vittma hu missier ta’ żewġt itfal u magħruf sew mal-Pulizija fuq serq u abbuż tad-droga fost l-oħrajn. Sorsi qalu lil TVM li din mhux l-ewwel darba li l-missier u l-iben tlewmu jew ġew fl-idejn.

Wara l-isparatura, il-Pulizija sabu lis-suspettat Salvu Dalli magħruf bħala d-‘Danger Man’ fid-dar fejn kienet għadha fejn seħħet l-isparatura. Jirriżulta li mingħajr tlaqliq huwa stqarr magħhom li kien għadu kif spara u qatel lil ibnu. L-anzjan ġie arrestat u fis-sigħat li ġejjin mistenni jitressaq il-Qorti. Il-Maġistrat Rachel Montebello ssejħet fuq il-post u qed tmexxi inkjesta.

Fi Frar li għadda Salvu Dalli ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi u mmultat €500 wara li fil-Qorti ammetta li pprova jħebb għall-ex mara ta’ ibnu għax allega li kienet ħaditlu xi affarijiet fosthom magna tal-ħjata antika. Dakinhar fl-argument kien intuża mus u l-Qorti ordnat li l-vittma għandha tingħata protezzjoni għal perjodu ta’ erba’ snin.

Ara wkoll:

Il-vittma tal-qtil li seħħ f’Ħal Għaxaq dalgħodu huwa Antoine Dalli

 

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar