Stejjer Umani
Missier Malti jħalli lil bintu ta’ sentejn tara lil oħtha titwieled

Missier Malti li jgħix il-Ġappun kellu l-opportunità li jħalli lil bintu ta’ sentejn tassisti għat-twelid t’oħtha biex hi wkoll tkun parti minn dan il-mument speċjali għall-familja.

L-isptar f’Sapporo, fil-Ġappun, ħalla lil Damian Busuttil u lil martu Madoka jdaħħlu wkoll lil binthom Anna fis-sala tal-ħlas biex tara lil oħtha titwieled.

Missier Damien, il-personalità televiżiva John Busuttil, qal li Emma twieldet qawwija u sħiħa ftit tas-sigħat ilu, u li b’mod jew ieħor din l-esperjenza hija waħda li se tibqa’ magħha ħajjitha kollha.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Is-Servizz tas-Sigurtà Malti għandu taqsima apposta dedikata għall-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti għall-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan joħroġ mir-rapport annwali tal-Kumitat Nazzjonali tas-Sigurtà għas-sena li għaddiet fejn jingħad…

Teknoloġija

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Melita nediet ċentru ġdid tad-data kif ukoll pjattaforma tal-Internet of things. Permezz ta’ din it-teknoloġija, numru ta’ oġġetti fid-dar jistgħu jiġu mqabbda mal-internet biex jiġu kkontrollati minn fuq…

Politika

Fil-Belt l-għaqdiet Repubblika u Occupy Justice organizzaw protesta fejn talbu li l-parlamentari jwarrbu lil Joseph Muscat minn Prim Ministru, jekk dan ma jirriżenjax minn jeddu.  Qalu li l-Prim Ministru missu…

Lokali

Għall-ewwel darba, l-Ungerija għandha preżenza diplomatika permanenti f’Malta permezz ta’ konsolat fil-Belt Valletta. Fl-inawgurazzjoni, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija qal li pajjiżu qed jappoġġja l-kandidatura ta’ Malta biex tiġi…

Aktar