Qorti
Missier ordnat jagħmel xogħol fil-komunità wara li gidem lil ibnu

Raġel kien ordnat jagħmel xogħol fil-komunità wara li ammetta li refa jdejh fuq ibnu ta’ 14-il sena waqt argument li nqala’ bejniethom.

Jidher li kollox beda meta l-missier waqqa’ xi ikel u ibnu daħak bih. Minn hemm il-missier tefa’ l-Wifi bħala kastig, iżda l-kwistjoni eskalat u spiċċaw ġew fl-idejn. Allegatament il-missier ta daqqiet ta’ ponn lil ibnu u gidimlu siequ.

Filwaqt li ammetta għall-akkużi, il-missier qal li kien għamel dan bl-intenzjoni li jikkoreġi lil ibnu.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Monica Vella, qalet li f’dan il-każ sentenza ta’ ħabs ma kinitx f’lokha, u ordnat lir-raġel jagħmel 150 siegħa xogħol fil-komunità. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fuq it-tifel għal sitt xhur, u ordnat li l-ismijiet ma jiġux imxandra.