Lokali
Missier u iben jittressqu l-Qorti akkużati b’kaċċa illegali

Keith-Joseph Mallia ta’ 47 sena u ibnu Mario Mallia, ta’ 20 sena ġew akkużati li l-Ħadd filgħaxija nqabdu għal kaċċa f’ħin mhux permissibbli.

Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Colin Sheldon, qal li ż-żewġt irġiel inqabdu għal kaċċa l-Ħadd filgħaxija fl-inħawi tal-Kappella ta’ Santu Kristu f’Ħal Għaxaq wara li l-Pulizija rċeviet rapporti li qed isiru l-illegalitajiet.

L-Ispettur Sheldon qal li Keith-Joseph Mallia kellu fil-pussess tiegħu armi tan-nar li ma kellux liċenzja għalihom. Il-missier, li huwa riċediv, m’ammettiex l-akkużi miġjuba kontrih bl-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia, li dehru għaż-żewġ imputati, talbu għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrata Doreen Clarke, tatu l-ħelsien mill-arrest fuq garanziija personali ta’ €2,000, depożitu ta’ €200 u fuq għadd ta’ kundizzjonijiet inkluż li jiffirma fl-għassa tal-Pulizija u li ma jużax l-armi tan-nar li huma reġistrati fuq missieru.

L-iben, Mario Mallia, ammetta l-akkużi miġjuba kontrih bil-Qorti ordnatlu jħallas multa ta’ €1,500 fi żmien sitt xhur.

Ara wkoll:

3 persuni arrestati wara li nqabdu b’kaċċa illegali

Ħabs għal missier u iben li ma ngħatawx ċans ieħor mill-Qorti meta nqabdu jisirqu fil-fatt

Aħbarijiet Oħra
Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 22 ta’ Lulju 2018: Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu storja li tgħid grupp ta’ depożitanti tal-bank Pilatus…

Edukazzjoni

Il-qari huwa importanti iżda kemm hu faċli li nġorru ktieb u naqrawh? Ninsabu fl-eqqel tas-sajf – loġikament l-iktar staġun mill-erbgħa li matulu żgħar u kbar ikollhom ftit ħin iżjed mis-soltu…

Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Aktar