Barranin
Missierha jabbandunaha ftit jiem qabel it-tieġ irjali – min se jeħodlu postu issa?

Ftit jiem qabel se jiżżewġu, il-Prinċep Harry u l-għarusa tiegħu Meghan Markle għandhom uġiegħ ta’ ras hekk kif missierha ddeċieda li mhux se jakkumpanjaha sal-artal dakinhar tat-tieġ.

L-aħbar qajmet furur sħiħ hekk kif bosta qed jistaqsu min se jkun qed jakkumpanja lil Meghan sal-artal u jippreżentaha lill-Prinċep Harry nhar is-Sibt li ġej.

Thomas Markle ħabbar id-deċiżjoni tiegħu ma’ TMZ ilbieraħ wara li sar magħruf li deher f’internet cafè jinnegozja ma’ fotografu biex jeħodlu xi ritratti jipprepara għat-tieġ ta’ bintu bil-għan li jaqla’ kemxa flus.

Kelliem għal Kensington Palace qal li din hija kwistjoni personali u ħeġġeġ biex juru rispett lejn il-koppja li għaddejjin minn din is-sitwazzjoni kemmxejn diffiċli.

Diġà bdiet l-ispekulazzjoni dwar min se jieħu post missier Meghan.  Il-media internazzjonali qed tispekula li post Thomas Markle jista’ jittieħed mill-Prinċep Karlu, il-kunjatu, iżda qed jissemma wkoll il-Prinċep William li se jkun il-Best Man ta’ ħuh.

 

Aħbarijiet Oħra
Xjenza

Riċerka ġdida qed tindika li mill-inqas nofs it-tbajja tad-demm li hemm fuq il-Liżar ta’ Kristu li jinsab f’Turin aktarx li huma foloz.  Jidher li huma biss ftit li huma kumpatibbli…

Annimali

Kelba li ma riditx tgħum, ġiet sfurzata taqbeż fil-baħar minn sidha.  Dan billi rabatilha ġebla m’għonqha u tefagħha fil-baħar.  Dan il-każ ta’ moħqrija tal-annimali seħħ f’Valderice, fi Trapani, Sqallija. Il-kelba…

Barranin

Miġemgħa ta’ raħlin fl-Indoneżja qatlu xejn inqas minn 292 kukkudrill bi tpattija, wara li raġel mill-villaġġ tagħhom inqatel minn kukkudrill. Il-kukkudrilli kienu qed jitrabbew f’razzett li kellu liċenzja apposta, u…

Aktar