Missirijiet gay jgħannqu lit-tifel tagħhom għall-ewwel darba

Il-fotografa Kanadiża Lindsay Foster irnexxielha tieħu ritratti mill-isbaħ ta’ B.J. Barone u Frankien Nelson, il-ġenituri gay ta’ l-ewwel tifel tagħhom Milo.

F’dan ir-ritratt, il-missirijiet li jidhru emozzjonati ħafna bil-wild tagħhom jinsabu bla flok għar-raġuni li l-kuntatt b’dan il-mod jagħmel tajjeb għat-tarbija.

“Kelli l-opportunitá li nieħu r-ritratti ta’ dan it-twelid mill-isbaħ fis-27 ta’ Ġunju li għadda minn omm (surrogate mother) li ġarret fil-ġuf tagħha t-tarbija ta’ dawn iż-żewġ missirijiet anzjużi. Qattajt sigħat magħhom f’kamra fl-isptar waqt li l-omm kienet qiegħda twelled u sirt nafhom sew,” qalet Lindsay.

“Huma żewġ persuni b’qalb kbira li bdew iħossu kull emozzjoni li jħoss kull ġenitur ġdid. Qalet li staqsew il-mistoqsijiet li kellhom jistaqsu lil omm u lil qabla u edukaw lilhom infushom bl-aħjar mod dwar il-wasla tat-tifel tagħhom.  “Tassew ninsab kburija dwar dawn iż-żewġ missirijiet,” qalet  Foster.