COVID-19
Missjunarji Maltin b’ġabra biex jagħtu l-ikel lil familji fil-bżonn fi Gwatemala

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda barra djarhom b’sinjal li qed ibatu l-ġuħ.

Fl-aħħar ħmistax, il-Gwatemala fl-Amerika ċentrali bdiet tħoss sew l-impatt tal-Coronavirus. Is-saċerdot Għawdxi Dun Anton Grech ilu 23 sena fil-missjoni f’Santo Torres de Castilla fi Gwatemala qalilna li l-proġetti li għamel tul dawn is-snin bhalissa aktar minn qatt qabel qed jiswew mithlu deheb għax fost oħrajn qed jipprovdu l-ikel lil bosta ħluq fqar.

Dun Anton qal li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u tmiem il-ġimgħa ta’ qabel, il-pajjiż kellu lockdown totali u mbagħad reġa’ fetaħ għal ħamest ijiem li matulhom qam xi ftit tal-paniku bin-nies fuq xulxin biex jixtru. Qal li għalkemm ma jkunux jafu kemm hemm każi, huwa ċar li dawn splodew fil-Gwatemala.

Dun Anton qal li l-iswab tests isiru biss fil-kapitali Gwatemala City li tinsab tmien sigħat bogħod minn fejn qegħdin huma.

“Bħalissa s-sitwazzjoni hi diffiċli ħafna minħabba l-lockdowns li saru ħafna opportunitajiet intilfu u allura t-tbatija ħierġa bħalissa. Kjus kbar ta’ nies. Ħafna mid-djar ħarġu bandiera bajda li tindika li qegħdin bil-ġuħ u allura voluntiera hawnhekk qed ngħinnuhom biex immantnu kif nistgħu. Prattikament m’aħniex qed inlaħqu ma’ dak li qed jitolbu”

Dun Mario Curmi ilu sentejn fil-missjoni fi Gwatemala u qal li l-faqar jinħass ma’ kulimkien.

“Qed ngħixu f’żona urbana imma fl-istess ħin il-faqar huwa xi ħaġa li tmissha kuljum. In-nies hawnhekk taħdem u tikolha allura tiddependi mill-paga tal-ġurnata allura ħafna tilfu x-xogħol u ma jistgħux imantnu lill-familji kbar tagħhom. Bħala parroċċa jiġu ta’ kuljum ħafna nies biex jittalbu xi ftit ikel, xi ftit għajnuna biex ikunu jistgħu jmantu lill-familja tagħhom.”

Il-missjunarji qed jiġbru flus biex jagħtu pakketti tal-ikel lil familji fil-bżonn fi Gwatemala. Intant, il-kanzunetta mill-pinna tal-Arċipriet tax-Xagħra Għawdex, Dun Karm Refalo bil-mużika ta’ Philip Vella, Anġli Moħbija, qed tinqaleb bl-Ispanjol mis-seminarista Carlos Vargas li studja fis-seminarju ta’ Għawdex biex twassal il-messaġġ ta’ tama fi Gwatemala wkoll. Il-messaġġ tal-kanzunetta huwa biex biex kulħadd jgħożż u jieħu ħsieb xulxin.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Wara li l-Università ta’ Malta semgħet id-dispjaċir tal-istudenti u l-familjari tagħhom għall-aħbar li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni se jiġu posposti hija qalet li se ssib soluzzjoni biex dawn isiru fiż-żmien tagħhom. Ilbieraħ…

Immigrazzjoni

Grupp ta’ madwar 50 immigrant żbarkaw matul il-lejl li għadda f’Malta wara li kienu ilhom ġranet abbord il-bastiment  MV Talia. F’kitba fuq twitter l-għaqda Alarm Phone, qalet li wara ġranet maqbuda…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

Aktar