Qorti
Mistenni jiġi rilaxxat il-katavru ta’ Antoine Dalli wara kważi 3 xhur miżmum

Wara kważi 3 xhur miżmum, il-katavru ta’ Antoine Dalli mistenni jiġi rilaxxat għad-difna.

Il-Maġistrat Marseanne Farrugia fil-qorti tat l-ordni biex il-katavru ta’ Dalli jiġi rilaxxat għad-difna dan wara li l-esperti forensiċi kkonfermaw li l-vittma miet kważi mill-ewwel wara li qala’ tir fl-istonku.

Il-każ imur lura għal Awwissu li għadda fejn l-anzjan Salvu Dalli qatel lil ibnu Antoine Dalli ta’ 37 sena fir-residenza tiegħu, f’Ħal Għaxaq wara li nqala’ argument bejniethom.