Kronaka
AĠĠORNAT: Jinżamm arrestat ir-raġel li nqabad bi 23 kilogramma kannabis f’San Ġwann

Justin Farrugia ta’ 28 sena mill-Belt baqa’ miżmum arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat bi tnax-il kap ta’ akkuża, fosthom li kellu madwar 23 kilogramma pjanta tal-kannabis lesta biex tiġi traffikata, 100 gramma kokaina u €45,000 fi flus kontanti.

Huwa ġie akkużat ukoll li saq il vettura b’mod traskurat u perikoluż u mingħajr liċenzja, u li kkaġuna ħsarat fuq għadd ta’ vetturi oħrajn. Justin Farrugia qed jiġi akkużat ukoll li rreżista u uża vjolenza fuq tliet uffiċjali tal-pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

L-akkużat, li fil-Qorti għażel li ma jwieġeb għall-ebda domanda, sar riċediv.

Quddiem il-Maġistrat Simone Grech, l-Ispettur Jonathan Cassar spjega li l-pulizija mit-taqsima ta’ kontra l-vizzju tad-droga kienu qed isegwu lill-akkużat. Spjega li huma segwewh wara li ħareġ minn blokka ta’ garraxxijet, u wara kellu jieqaf għax daħal go triq one way u ħabat f’karozza oħra. L-Ispettur qal li ġo garaxx il-pulizija sabu l-fus u l-kokajina, waqt li fil-vettura li kien qed isuq instabet il-kannabis.

Il-Qorti laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni biex tissekwestra b’mod ġenerali flejjes u l-proprjetà mobbli jew imobbli kollha li jkunu dovuti lil, jew ikunu jmissu lill-akkużat jew huma proprjetà tiegħu, u biex l-akkużat ma jkunx jista’ jitrasferixxi jew jiddisponi minnhom.

Għall-akkużat qed jidher l-avukat Arthur Azzopardi.

Fi stqarrija qabel tressaq il-Qorti, il-pulizija qalet li r-raġel twaqqaf ilbieraħ, waqt li kien qed isuq il-vettura tiegħu f’San Ġwann, bil-pulizija ssib madwar 23 kilogramma pjanta tal-kannabis lesta biex tiġi traffikata, 100 gramma kokajina u €45,000 fi flus kontanti. Dwar din is-sejba ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Mobtebello, li ħatret diversi esperti biex jassistu fl-inkjesta.

Ara wkoll:

Raġel arrestat wara ġirja bil-karozzi f’San Ġwann

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 47 immigrant li sabu ruħhom f’diffikultà. Fi stqarrija ntqal li l-operazzjoni ta’ salvtaġġ seħħet ilbieraħ filgħodu bl-immigranti ddaħħlu Malta abbord lanċa tal-Forzi Armati, f’Xatt it-Tiben…

Lokali

Aktar ma jmur aktar il-finali ta’ ‘X Factor Malta’ qed toqrob. U, b’xorti ħażina għall-kontestanti li għad fadal, il-postijiet għal-Live Show tal-aħħar tgħoddhom fuq subgħajk. B’hekk, minn ġimgħa għal ġimgħa,…

Lokali

Il-grupp żagħżugħ F.A.I.T.H għadu kemm interpreta l-kanzunetta “Man in the Mirror” tal-hekk imsejjaħ ‘re tal-pop‘, il-mibki Michael Jackson. Liema kanzunetta, inħarġet fl-1988, u fl-2012, fost l-oħrajn, tkantat minn għadd ta’ koristi gospel…

Aktar