Lokali
Mistenni jiżdied l-għadd ta’ nies li jiġu Malta mill-Portugall

L-għadd ta’ persuni li jtiru lejn Malta mill-Portugal se jkun aktar mid-doppju sal-aħħar tas-sena d-dieħla meta l-Linja Nazzjonali tal-Ajru l-Air Malta żżid il-frekwenza tat-titjiriet.

F’kummenti lil TVM iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu Gavin Gulia li qed jakkumpanja delegazzjoni mmexxija mill-President Marie Louise Coleiro Preca f’Lisbona qal li l-Air Malta bdiet itajjar titjiriet diretti bejn Lisbona u Malta f’Marzu b’żewġ titjiriet fil-ġimgħa. Huwa qal li se żżomm ir-rotot fix-xitwa u tirdoppja l-frekwenza tat-titjiriet għal erba’ fis-sajf tal-2019.
Dan se jwassal biex l-għadd ta’ persuni li jtiru lejn Malta jiżdied għal 20,000 minn 9,000 li huma proġettati li jtiru lejn Malta sal-aħħar ta’ din is sena.
Aħbarijiet Oħra
Kultura

Teknika partikolari u pjuttost unika waslet biex l-artist Corrado Iozia joħloq diversi kwadri li mhux biss ipaxxu l-għajn iżda anke li jibagħtu messaġġ soċjali. Il-wirja tinsab fir-Razzett tal-Markiż fil-Mosta. Corrado…

Kronaka

Raġel ta’ 58 sena sofra ġrieħi gravi wara li tard ilbieraħ kien involut f’argument fix-Xagħra, Għawdex. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq it-28 t’April 1688 għall-ħabta tal-10.50pm. Il-Pulizija qalet li…

Immigrazzjoni

Il-bastiment Aquarius, li kien qed jopera fl-ibħra ċentrali tal-Mediterran biex jittrasporta u jeħles immmigranti li kienu qed jippruvaw jaqsmu illegalemnt mil-Libja lejn l-Italja, kellu r-reġistrazzjoni tiegħu revokata. Il-vapur, li huwa…

Ġurnali

Nagħtu ħarsa lejn il-faċċati tal-ġurnali llum it-Tnejn 24 ta’ Settembru 2018: L-Orizzont Aktar kumpaniji barranin lesti li jinvestu f’Malta: Hekk jisħaq il-prim ministru meta kien qed jitkellem dwar Brexit. Storja…

Aktar