Lokali
Mistenni rekord ta’ 6.5 miljun passiġġier li jgħaddu mill-ajruport fl-2018

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara sena rekord is-sena, qed ibassar rekord ieħor din is-sena meta qed jistenna li jgħaddu mill-ajruport 6.5 miljun passiġġier. L-MIA qed tbassar li ser ikollha żieda ta nofs miljun passiggier fuq is-sena l-oħra anke minħabba żieda fir-rotot. Il-Kap Eżekuttiv tal-MIA, Alan Borg ħabbar li l-kumpanija ser tinvesti €9 miljun oħra  fit-terminal.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta International Airport, Alan Borg qal li l-kumpanija hija fiduċja li ser tkompli iżżid it-traffiku tal-passiġġieri u l-attitvità ekonomika fl-Ajruport.

Is-Sur Borg spjega li din is-sena se tkun waħda mill-aktar impenjattivi, fosthom għaliex l-iskeda tas-sajf se tara l-introduzzjoni ta’ 16-il rotta ġdida, fosthom Sevilja, Bilbao u Malaga fi Spanja, Aberdeen fl-Iskozja, Nizza fi Franza u Pescara fl-Italja. B’hekk se jkunu telgħu għal 100 r-rotot minn u lejn Malta.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta Alan Borg qal li “qed nistennew li nilqgħu 6.5 miljun passiġġier din is-sena li huwa tkabbir bejn 7 u 9%. Dan huwa f’kuntest minn tkabbir li ġej minn 17% ta’ tkabbir ta kważi miljun passiġġier huwa riżultat eċċezzjonali”.

Il-Kap Eżekuttiv tal-MIA Alan Borg qal li l-kumpanija ħadmet biex tħajjar linji tal-ajru joperaw għall-ewwel darba titjiriet fis-sajf lejn Lisbona u Porto, fil-Portugall.

“Din hija deċiżjoni li ħadna sentejn li nikkonettjaw dawn iż-żewġ ajruporti u dan is-sajf ħa naraw l-Airmalta joperaw rotot lejn Lisbona u Ryaniar se joperaw lejn Porto” qal Alan Borg.

Minbarra rekord ta’ passiġġieri, l-MIA qed tbassar li din is-sena jkollha dħul ta’ €87 miljun u profitt ta’ €28 miljun. Is-sur Borg qal li l-MIA daqt tlesti investiment ta’ €12-il miljun f’rikonfigurazzjoni tat-terminal u ser tinvesti mad-€9 miljun ohra f’aktar proġetti infrastrutturali.

“Din is-sena ukoll se nkunu qegħdin naħdmu fuq it-tieni fażi tal-espansjoni tat-terminal, ta’ kważi 4,000 metru kwadru fejn se nerġgħu nkabbru l-area tac-check-in, inkabbru l-area tad-depatrures biex inkomplu nagħtu servizz eċċellenti lil kull min jiġi l-ajruport” żied jgħid Borg.

Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi li qal dawn ir-riżultati jirriflettu l-ħidma li qed issir mill-MIA, il-Gvern u l-operaturi privati għall-promozzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni turistika.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ir-raġel li fil-jiem li għaddew sar ‘famuż’ għall-movimenti li kien jagħmel f’nofs it-traffiku tal-Marsa jidher li twaqqaf mill-Pulizija kif jindika r-ritratt li hawn jidher ma’ dan l-artiklu. Jidher li xi…

Lokali

Omm ta’ tarbija ta’ 8 xhur bl-isem ta’ Thomas, li twieled bi ħsara fil-moħħ, qed tagħmel minn kollox biex tikkura lil binha b’terapiji barra minn Malta. L-omm Denise qasmet magħna…

Lokali

It-turbulanza li l-Airmalta kellha fl-aħħar jiem minħabba konfront mal-piloti jidher li issa kkalmaw bil-ftehim milħuq tard ilbieraħ filgħaxija li madankollu għad irid jiġi approvat mil-bdoti permezz ta’ votazzjoni oħra. Madankollu,…

Lokali

It-tliet membri tal-Kunsill tal-MUT li rreżenjaw jumejn ilu taw spjegazzjoni dettaljata tal-verżjoni tagħhom tal-fatti li ġraw meta kienu għaddejjin in-negozjati dwar il-ftehim settorali tal-għalliema. F’ittra lill-media, Rita Catania, David Rossi…

Aktar