Immigrazzjoni
AĠĠORNAT: Jaslu Malta 37 immigrant – jiddaħħlu f’Xatt it-Tiben

37 immigrant – kollha irġiel – iddaħħlu Malta abbord patrol boat tal-Forzi Armati.

L-immigranti telqu mil-Libja fil-jiem li għaddew u talbu l-għajnuna f’kuntatt li għamlu ma’ għaqda mhux governattiva: Alarm Phone.

L-għaqda qalet li kkuntattjat lill-awtoritajiet Maltin li ħarġu jsalvaw lill-immigranti li kienu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ fir-responsabilità ta’ Malta.

L-immigranti ddaħħlu fil-kwartieri tal-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati f’Xatt it-Tiben kmieni waranofsinhar.

Mill-bidu tas-sena, il-Forzi Armati daħħlu Malta kważi 1,000 immigrant li ġew salvati f’operazzjonijiet differenti ta’ salvataġġ fuq il-baħar.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Erbatax-il kwadru fil-Knisja tal-Mosta ġew restawrati b’investiment ta’ tmenin elf ewro. Erba’ kwadri huma tal-artista tas-seklu sbatax, Stefano Erardi u parti kbira mill-għaxra l-oħra huma ta’ Giuseppe Calì, meqjus bħala…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat wiegħed lealtà sħiħa u spazju lis-suċċessur tiegħu u qal li hu se jibqa’ baħri flok kaptan. Dr Muscat li tkellem fi tliet…

Milied

Aktar ma joqrob il-Milied, aktar jirrankaw l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għall-għaqdiet tal-karità . . . fosthom il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund, li hija l-benefiċċarja tal-attività Santa Swim, li issa…

Aktar