Barranin
Mistennija taġġorna l-kabinett dwar l-istrateġija Brexit aktar tard dalgħodu

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May mistennija taġġorna l-kabinett dwar l-istrateġija Brexit aktar tard dalgħodu meta tlaqqa’ l-kabinett wara tmiem il-ġimgħa miżgħud bi spekulazzjoni dwar il-futur tat-tmexxija tagħha.

Kien hemm rapporti dwar allegat kumplott kontriha biex titneħħa mit-tmexxija minkejja li dan ġie miċħud mill-ministri ewlenin Ingliżi. Ma kienx hemm reazzjonijiet formali mill-uffiċċju tal-Prim Ministru għall-ispekulazzjonijiet minkejja li analisti sostnew li jekk May tispeċifika data għal meta r-Renju Unit tkun tista’ tħalli lill-Unjoni Ewropea, il-qagħda politika tkun iżjed stabbli.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fiċ-Ċilì, il-Gvern iddikjara stat ta’ emerġenza fil-kapitali Santiago wara li studenti universitarji għamlu ħerba fit-toroq minħabba żieda fin-nollijiet tas-servizz tal-metro. Id-dimostranti ivvandalizzaw għadd ta’ stazzjonijiet tal-metro, taw in-nar f’diversi postijiet…

Barranin

Fis-Siberja, mill-inqas 15-il persuna tilfu ħajjithom u 13-il oħra għadhom irrapportati nieqsa wara li ċediet diga minjiera tad-deheb. Id-diga ċediet wara l-għargħar li laqtu ż-żona. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li 14-il…

Barranin

Il-Ministru għall-Intern Spanjol, Fernando Grande-Marlaska, qal li s-sitwazzjoni f’Katalunja tinsab taħt kontroll wara li l-lejl li għadda ssuktaw il-protesti u l-ġlied bejn id-dimostranti u l-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet, it-tensjonijiet eskalaw…

Barranin

Id-Dukessa ta’ Sussex, Meghan Markle kienet viżibbilment emozzjonata waqt intervista mal-ġurnalist Tom Bradby. Hija rringrazzjat lil Bradby talli saqsieha kif inhi l-għaliex qaltlu ftit wisq kienu dawk li ġenwinament staqsew…

Aktar