Kurżitajiet
Mistiedna tipprova tisfratta tieġ b’kumment li weġġa’ lill-għarus

F’Ancona l-Italja għarus spiċċa f’nofs ġlieda u spiċċa fl-inkwiet ftit wara ċ-ċerimonja taż-żwieġ.

It-tieġ sfratta meta l-għarus beda jagħti daqqiet ta’ ħarta lill-ħabiba ta’ martu tant li spiċċaw ġew il-Pulizija u anke tim mediku b’ambulanza.

Kollox beda meta l-mistednin kienu xorbu qatra żejda.  Sforz l-għira ta’ waħda mill-mistednin, li aktarx qatt ma aċċettat li kellu jsir it-tieġ, qalgħet ġlieda wara li maqdret l-andament taċ-ċelebrazzjoni.

L-għarus sar jaf b’dak li qalet il-mistiedna u qam biex ikeċċieha mit-tieġ.  Imbagħad inqalgħat il-ġlieda li tant iggravat li spiċċaw fl-idejn.

Minkejja li tappnet dik li kellha tkun l-isbaħ ġurnata tal-koppja, fortunatament ħadd ma weġġa’ u la l-għarus u wisq inqas il-mistiedna ma għamlu ebda rapport.

Il-Pulizija madanakollu interrogaw lill-għarus u wara li spjegalhom x’kien ġara, kompla biċ-ċelebrazzjonijiet mal-mara u l-kumplament tal-mistednin.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fiċ-Ċilì, il-Gvern iddikjara stat ta’ emerġenza fil-kapitali Santiago wara li studenti universitarji għamlu ħerba fit-toroq minħabba żieda fin-nollijiet tas-servizz tal-metro. Id-dimostranti ivvandalizzaw għadd ta’ stazzjonijiet tal-metro, taw in-nar f’diversi postijiet…

Barranin

Fis-Siberja, mill-inqas 15-il persuna tilfu ħajjithom u 13-il oħra għadhom irrapportati nieqsa wara li ċediet diga minjiera tad-deheb. Id-diga ċediet wara l-għargħar li laqtu ż-żona. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li 14-il…

Barranin

Il-Ministru għall-Intern Spanjol, Fernando Grande-Marlaska, qal li s-sitwazzjoni f’Katalunja tinsab taħt kontroll wara li l-lejl li għadda ssuktaw il-protesti u l-ġlied bejn id-dimostranti u l-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet, it-tensjonijiet eskalaw…

Kurżitajiet

Mara spiċċat tilfet postha fuq ir-Royal Carribean Allure of the Seas cruise liner wara li ntlemħet qed tixxabbat mal-puġġaman. Jidher li l-mara kienet qed tippoża għal ritratt meta ntlemħet qed…

Aktar