COVID-19
Mit-28 ta’ Ottubru se jiddaħħlu fis-seħħ għadd ta’ Rapid Testing

Mit-28 ta’ Ottubru se jiddaħħlu fis-seħħ għadd ta’ Rapid Testing.

Dan qalu d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne waqt il-Konferenza Stampa tal-lum spjega li dawn it-testijiet għandhom sensittività tal-virus ta’ aktar minn 90%. Se jintużaw fl-ajruport, f’xi skejjel permezz tad-dipartiment tal-edukazzjoni, fid-dipartiment tas-saħħa fl-emerġenza, fil-kura primarja u fost il-professjonisti u anke fid-djar tal-anzjani.

Dwar il-vaċċin tal-influwenza, il-Ministru Fearne qal li fl-ewwel sitt ijiem li ilha tingħata ngħataw mal-75,000 tilqima.

Kompla jgħid li l-Gvern se jġib 150,000 oħra apparti l-100,000 tilqima li se jingħataw mal-ewwel batch biex b’hekk f’Malta jkunu ngħataw total ta’ 250,000 tilqima tal-influwenza.

Segwi l-konferenza stampa hawn:

Il-Prim Ministru b’konferenza tal-aħbarijiet dwar miżuri ġodda tal-Covid-19

DALWAQT: Il-Prim Ministru b’konferenza tal-aħbarijiet dwar miżuri ġodda tal-Covid-19

Gepostet von Television Malta am Freitag, 16. Oktober 2020