Lokali
Mit-Tnejn li ġej jiftħu aktar ħwienet li joffru servizzi mhux essenzjali

Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li mit-Tnejn li ġej se jiftħu bosta ħwienet li joffru servizzi meqjusa mhux essenzjali.

Fost oħrajn semma hairdressers, beauticians, ħwienet tal-ħwejjeġ, ġojjellerija u żraben. Ħabbar ukoll li mit-Tnejn li ġej se jiftħu wkoll bosta mużewijiet. Dawn kollha skont il-protokolli stabbiliti.

Mr Fearne qal li dan kollu jista’ jseħħ għax il-każijiet f’Malta jinsabu f’numri baxxi u għax b’differenza ta’ dak li seħħ is-sena li għaddiet, din is-sena għandna bosta tilqim kontra l-COVID-19 li qed jaħdem tant li l-għadd ta’ pazjenti fl-ITU naqsu għal 6 u m’hemm ebda anzjan jew anzjana rekoverata bil-COVID fil-faċilità Good Samaratan.

Id-deputat Prim Ministru żied jgħid fi żmien li ġej, il-Gvern mistenni jkompli jħabbar iktar tnaqqis ta’ miżuri bil-għan li jkomplu jiftħu aktar stabbilimenti li kellhom jingħalqu minħabba rata għolja ta’ tixrid ta’ Covid-19.