Lokali
Mit-Tnejn persuni ta’ ’l fuq minn 50 sena jistgħu japplikaw għall-booster

Min-nhar it-Tnejn jistgħu jibdew japplikaw għall-booster persuni ta’ ‘l fuq minn 50 sena biex imbagħad mit-tieni ġimgħa ta’ Diċembru jibdew jingħataw it-tilqima addizzjonali. Dan intqal mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li ta rendikont tas-sitwazzjoni tal-Covid f’Malta.

Il-Ministru Fearne qal li filwaqt li qed jintbagħtu l-istediniet lil dawk li għandhom ‘il fuq minn 60 u 70 sena biex jieħdu l-booster, s’issa hemm madwar 5,000 persuna ta’ ’l fuq minn 70 sena li għadhom ma ħadux il-booster u ħeġġiġhom jieħdu l-booster mill-aktar fis possibbli biex ikollhom l-aqwa protezzjoni kontra l-virus. Ċifri uffiċċjali juru li sal-bierah ingħataw iktar minn 102,00 booster.

Mistoqsi dwar jekk jistgħux jsiru attivitajiet reliġjużi, Dr Fearne wieġeb li mhi qed issir ebda diskriminazzjoni bejn xi attività jew oħra u qal li l-istess protokoll li kien disponibbli għall-Fun Run, jista’ jiġi applikat għal attivitajiet oħrajn. Qal li kull attività inkluż dawk reliġjużi li ma jsibu ebda oġġezzjoni mill-awtoritajiet tal-Kurja, jistgħu jsiru wkoll.

Ara: Bħalma saret il-Fun Run jistgħu jsiru attivitajiet reliġjużi bil-protokolli stabbiliti – Fearne