Relazzjonijiet Industrijali
Mit-Tnejn posposti l-appuntamenti kollha tal-outpatients f’Mater Dei u f’Għawdex

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM ħabbret li tat direttivi lit-tobba fis-servizz pubbliku biex mit-Tnejn 3 ta’ Awwissu, ma jattendux għall-appuntamenti tal-outpatients fl-isptar Mater Dei u lanqas dawk fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex. Fi stqarrija l-MAM qalet li din id-direttiva se tibqa’ fis-seħħ għal ġimgħa sħiħa.

Mit-Tnejn 3 ta’ Awwissu wkoll għal ġimgħa sħiħa, se jiġu posposti wkoll l-ultrasounds mhux urġenti.

Mill-Erbgħa 5 ta’ Awwissu sat-Tlieta 11 ta’ Awwissu, l-MAM ordnat li jiġu posposti l-operazzjonijiet mhux urġenti.

Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni tat-tobba qalet li t-tobba li jaħdmu fid-dipartiment tal-emerġenza ta’ Mater Dei, inkluż id-dipartiment tal-emerġenza tat-tfal, huma eżenti minn dawn id-direttivi.

Fejn jidħlu ċentri tas-Saħħa it-tobba se jaraw biss każijiet urġenti, bil-pazjenti li mhumiex urġenti huma imħeġġa biex jipposponu l-appuntamenti tagħhom jew iċemplu ċ-ċentru tat-telemediċina. Qabel jattendu f’dawn iċ-ċentri, pazjenti bis-sintomi tal-COVID huma mitluba jċemplu 111 għal swab test, u t-tobba kollha għandhom jilbsu ilbies protettiv f’kull żona tal-klinika.

Fil-bereġ fil-komunità għal ġimgħa sħiħa mhux se jkun hemm il-presenza ta’ tabib.

It-tobba li jaħdmu fiċ-ċentru tal-Onkoloġija, it-tobba fl-isptar Karen Grech, fl-isptar Monte Carmeli u fiċ-ċentri fejn isir swabbing għall-Covid-19 huma eżenti minn dawn id-direttivi. Eżenti wkoll it-tobba tat-tfal f’Għawdex.

Il-MAM qed tħeġġeġ lit-tobba interessati biex japplikaw biex jagħmlu sessjonijiet ta’ swabbing u contact tracing bil-għan li s-servizzi jlaħħqu mad-domanda. L-Assoċjazzjoni tħeġġeġ lill-gvern isegwi l-pariri mediċi dwar il-pandemija biex ma jpoġġix l-ħajja tan-nies f’periklu bla bżonn.

Il-MAM qed toħroġ dawn id-direttivi għaliex qalet li l-Gvern ma ħax biżżejjed miżuri fejn jidħlu l-attivitajiet tal-massa biex irażżan l-imxija tal-coronavirus u jipproteġi s-saħħa tal-pubbliku Malti u Għawdxi.

Ara wkoll:

It-tobba jgħidu li l-miżuri li tħabbru mhumiex biżżejjed: se jipproċedu b’azzjoni industrijali

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Lokali

Bejn din is-sena u s-sena li ġejja fiż-żona tat-tlett ibliet u l-Kalkara se jkunu qed isiru mal-25 proġett ta’ restawr varji fosthom fuq il-Forti Ricasoli, s-swar ta’ Santa Margerita u…

Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Aktar