Riċerka
Mitejn sena ta’ fotografija f’pubblikazzjoni li fiha ritratti li juru lil Malta minn 150 sena ilu ‘l hawn

Il-lenti tal-kamera provdiet għodda lill-fotografi matul is-snin, biex bir-ritratti tagħhom iħallu xhieda tal-passaġġ tal-istorja. Il-fotografu professjonali Kevin Casha ġabar riċerka fuq kważi mitejn sena ta’ fotografija f’pubblikazzjoni li fiha ritratti li juru lil Malta minn 150 sena ilu ‘l hawn. Il-Pubblikazzjoni Photography in Malta, kisbet rikonoxximent għal Casha mir-Royal Photographic Society ta’ Londra.

Il-pubblikazzjoni Photography in Malta – The History and The Protagonists fiha madwar 500 ritratt antik u li jagħtu indikazzjoni ċara ta’ kif żviluppat l-arti tal-fotografija mill-1840 sas-sena 2,000, meta bdiet l-era diġitali. L-awtur, għalliem u fotografu Kevin Casha qatta’ kważi 7 snin jirriċerka u jiġbor l-informazzjoni u jagħżel ir-ritratti.

”Fiha ppruvajt nagħmel sforz kbir għax tinkludi stejjer u ismijiet ta’ fotografi li kienu ser jintilfu għax jgħaddi ż-żmien u ftit inkitbet u ttieħdet riċerka fuq photographers Maltin u l-fotografija tagħhom allura ppruvajt nidħol ftit fil-fond.”

Il-fotografija żviluppat lejn nofs is-seklu dsatax u malajr saret mezz strumentali biex tħalli tifkiriet għall-ġenerazzjonijiet li jmiss. Is-Sur Casha jgħid li għal kull fotografu hija importanti d-dokumentazzjoni u r-riċerka li jwettaq biex kull ritratt jirrakkonta storja.

”L-ewwel ħaġa għax ressaqt l-istorja tal-photograpers Maltin anke internazzjonalment għax li ktibt mar barra u wkoll tatni l-vantaġġ li nippreżenta l-ktieb lir-Royal Photographic Society tal-Londra li hija waħda mill-aktar prestiġġjużi fejn huma għandhom din l-iskema fejn jaraw x’riċerka għamilt, jarbluha u jiflu sew ix-xogħol li għamilt u jekk ir-riċerka tkun ta’ ċertu livell ituk l-Award ta’ Fellowship, it is the top award li hija fellowship fir-riċerka.”

Ir-ritratti huma uniċi għall-mod kif jinkwadraw episodji partikolari mill-ħajja tal-Maltin, il-folklor, snajja u tradizzjonijiet. Bħal-libsa tat-tieġ, li kienet tilbes l-għarusa li fiż-żmien kienet ta’ lewn iswed u maż-żmien inbidlet għall-kulur abjad. Ir-ritratti juru wkoll kif inbidel il-pajsaġġ maż-żmien u l-bini li sawwar l-istorja arkitettonika Maltija. Casha ġabar ħafna informazzjoni fosthom referenzi biex riċerkaturi oħra jistgħu jkomplu jiżviluppaw ir-riċerka li għamel biex irnexxielu joħloq pubblikazzjoni b’riċerka bil-lingwa Ingliża li ngħatat rikonoxximent barra ‘l pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar