Mitt elf ewro misruqa minn appartament

Madwar mitt elf ewro allegatament insterqu minn appartament ilbieraħ, 15 t’Ottubru, 2013, fi Triq Dawret it-Tunnara, Mellieħa.

Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li s-serqa x’aktarx saret matul il-ġurnata, meta ma kien hemm ħadd ġewwa.

Hekk kif l-okkupanti, raġel, 49, u l-mara tiegħu, 27, irritornaw id-dar, sabu l-bieb imbexxaq u l-post imqalleb.

Aktar stħarriġ għadu għaddej filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu f’inkjesta maġisterjali.

Aħbarijiet Oħra
Trasport

Il-Malta Public Transport nidiet l-ewwel karozza tal-linja li taħdem 100% bl-elettriku fi proġett pilota biex tistudja l-possibiltà li vetturi ta’ dan it-tip jibdew ikunu parti mill-flotta. Konrad Pule mill-Malta Public…

Qorti

Impjegat f’garaxx tal-VRT spiċċa bil-liċenzja sospiża għal għaxar snin wara li ċċertifika karozza li sippost m’għaddietx mit-test. Michael Anthony Cahill miż-Żurrieq, impjegat f’garaxx tal-VRT f’Ħal Luqa, instab ħati li aċċetta…

Qorti

Alistair Camilleri ta’ 39 sena mill-Marsa baqa’ miżmum arrestat wara li tressaq akkużat b’sensiela ta’ hold-holdups iktar kmieni dan ix-xahar. Camilleri m’ammettiex l-akkużi kontrih. Hu ġie arrestat mill-Pulizija ta’ Kontra…

Saħħa

Fil-Parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Feare qal li matul dan l-istaġun, l-influenza se tkun qed taffettwa persuna minn kull erbgħa. Dr Fearne spjega li l-Influenza B laqtet…

Aktar