Lokali
Mitt sena mindu nħadem il-Kristu Re li qajjem kontroversja

Il-Monument ta’ Kristu Re – xogħol l-iskultur Antonio Sciortino – ġie inawgurat f’Diċembru ta’ mitt sena ilu. Il-monument fil-Floriana ġie kkummissjonat biex ifakkar il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, li sar f’Malta f’April tal-1913. Il-lettur fid-Dipartiment tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Giuseppe Schembri Bonaci qal li b’dan il-monument l-iskultur daħħal lingwa ġdida fil-mod kif inħarsu lejn l-arti.

“Il-paradoss sabiħ kien li ġie maħluq b’mod modernist iżda biex jinawgura kungress, li kien organizzat u ffundat biex jiġġieled kontra l-moderniżmu internazzjonali,” qal Dr Schembri Bonaci.

Dr Schembri Bonaci qal li mitt sena ilu nqalgħet kontroversja kbira għall-mod kif Sciortino ħadem il-monument ta’ Kristu Re. Dan għaliex l-iskultur ippreżenta lil Kristu tal-Bibbja u mhux lil Kristu kif jiġi rappreżentat fil-knejjes.

“Kważi kważi ma ġiex aċċettat għax qed naraw lil Kristu bħala bniedem normali, bniedem fil-faqar, bniedem fiżiku tista’ tgħidlu allura Sciortino kien qiegħed jattakka tradizzjoni tal-Barrokk, tradizzjoni ta’ Calì, tradizzjoni ta’ Caruana Dingli – mill-att ampju tal-arti qed nitkellem bħala filosofija – u qed ikollna Kristu bniedem,” qal Dr Schembri Bonaci.

Dr Schembri Bonaci qal li l-poeta nazzjonali, Dun Karm, kien wieħed mill-ftit li iddefenda lil Sciortino, li mkebbsa fix-xbieha ta’ Kristu bħala bniedem normali kien ra d-dinjità ta’ Alla.

“Jekk tħarsu sew lejn il-fiżjonomija, lejn l-anatomija lejn il-kobor eżempju tas-saqajn naraw is-saħħa ta’ ċerta spiritwalità li kif qed nipprova ngħid spiritwalità mhux astratta mhux illużjonarja bħlma hu fil-Barokk m’hemmx spiritwalità tas-sħab hemm spiritwalità tal-art,” Dr Schembri Bonaci.

Dr Schembri Bonaci qal li dan hu wieħed mill-iktar monumenti li jirrifletti dik li sejjaħ il-ġenjalità u l-kuraġġ ta’ Antonio Sciortino.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Kważi 70 membru tal-iscouts li ġejjin minn tliet pajjiżi ħadu sehem fi programm kulturali li fethilhom tieqa fuq kulturi differenti. Il-programm kien organizzat mill-assoċjazzjoni tal-iscouts u fih ħadu sehem membri…

Annimali

L-Enemalta dal-lejl kellha taqta’ l-elettriku minn cables viċin Popeye Village biex membri tal-Protezzjoni Ċivili jkunu jistgħu jneħħu bla periklu fjamingu li nqabad fil-wires. Il-Protezzjoni Ċivili qalet li l-fjamingu weħel f’wires…

Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 19 t’ Awwissu 2018: Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu ritratt tal-funeral statali li sar ilbieraħ f’Genova għall-vittmi…

Aktar