Lokali
Mixli li ħebb għal anzjan ta’ 70 sena li waqqfu milli jisirqu mill-ħanut f’Wied il-Għajn

Sqalli ta’ 38 sena ġie akkużat li fil-Ġimgħa l-Kbira kkawża ġrieħi gravi lil anzjan ta’ 70 sena li pprova jwaqqfu milli jisraq minn ħanut tal-merċa f’Wied il-Għajn.

Rosario Costa ġie akkużat li beda jżomm lill-anzjan kontra l-volontà tiegħu, li kellu fil-pussess tiegħu arma li taqta’ u bil-ponta u li seraq ammont ta’ flus mill-ħanut. L-imputat hu riċediv.

Ir-raġel ġie arrestat fl-appartament fejn jgħix f’Wied il-Għajn stess. Il-Pulizija qalet li saret tfittxija fl-istess appartament u nstabu oġġetti relatati mas-serqa.
Fil-Qorti, l-akkużat qal li l-flus li seraq nefaqhom drogi.

Hu wieġeb ħati għall-akkużi u baqa’ miżmum arrestat il-ħabs.