Lokali
Mixli li seraq b’€35,000 għodda “biex imantni lil uliedu”

Joseph Galea ta’ 31 sena li joqgħod is-Siġġiewi u jaħdem billi jiġbor l-iskart, wieġeb mhu ħati tal-akkużi li seraq għodda b’valur ta’ €35,000. Id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba li fadal xhieda x’jittellgħu u minħabba ksur ta’ diversi sentenzi oħra.

L-avukat għamel appell imqanqal biex fi kliemu dan il-pajjiż jirrealizza li hawn problemi li ma jidhrux. Qal li Joseph Galea kien qed jerġa’ jipprova jibni ħajtu mill-ġdid imma minħabba li għandu ħafna tfal u jrid jagħti l-manteniment, spiċċa waqa’ għal serq t’għodda. Qal li dan hu każ ġenwin.

Il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest.