Lokali
Mixli li seraq b’eluf ta’ ewro f’għodda u tyres mill-Għasri

Raġel ta’ 31 sena mix-Xagħra ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li fis-26 ta’ Jannar tas-sena li għaddiet seraq b’eluf ta’ ewro f’għodda tal-kostruzzjoni u tyres minn Triq iż-Żebbuġ, l-Għasri, f’Għawdex.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Josef Gauci xliet ukoll lill-akkużat li dakinhar huwa naqas milli jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti fost oħrajn.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Simone Grech laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq għadd ta’ kundizzjonijiet.