Qorti
Mixli li weġġa’ gravi lil raġel ieħor waqt argument f’Għawdex

Raġel ta’ 56 sena li joqgħod l-Għarb tressaq taħt arrest quddiem il-Qorti t’Għawdex, fejn ġie akkużat li ħebb għal raġel ieħor.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-każ seħħ fl-10 t’ Ottubru għall-ħabta tas-6.15 ta’ filgħaxija meta raġel ta’ 62 sena safa’ ferut gravi u saritlu u ħsara fuq oġġetti personali, fost oħrajn.

L-akkużat wieġeb mhux ħati u tqiegħed taħt ordni ta’ probation fuq numru ta’ kundizzjonijiet.

Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Simone Grech, waqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.