Immigrazzjoni
Miżuri biex tiżdied is-sigurtà wara l-protesti mill-immigranti fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi

Wara l-protesti mill-immigranti fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi li jridu l-ħelsien, il-Ministeru tal-Intern qal li ttieħdu iżjed miżuri ta’ sigurtà u fl-istess ħin qed jiġu mgħammra aħjar iċ-ċentri miftuħa li eventwalment jilqgħu lill-immmigranti malli jinħarġu miċ-ċentru ta’ detenzjoni.

Il-Ministru Michael Farrugia qal li l-Gvern huwa obbligat fost oħrajn li jipprovdi akkomaddazzjoni għal sena lill-immigranti li jkollhom dritt għal ażil. Qal li Malta kuntrarju għal pajjiżi oħra, toffrilhom ukoll l-opportunità li jsibu xogħol. Miżura oħra li qed tinħema qal Dr Farrugia, hija ftehim mal-knisja ħalli jkun hemm aktar postijiet li jilqgħu lill-immigranti taħt ir-regoli ta’ ċentri miftuħa.

Għall-kritika li l-immigranti qed idumu ma jinħarġu fiċ-ċentri miftuħa, il-Ministru Farrugia qal li dan huwa minħabba eżamijiet mediċi.

Dr Michael Farrugia parti mill-proċess li qed naraw hija li ndewmu kemm jista’ jkun il-proċess ta’ detention relatat ma’ saħħa ħalli nkunu aktar effettivi.

Il-Minisru qal li aktar tard dan ix-xahar ser isir summit bejn il-Ministri tal-Intern ta’ Malta, l-Italja, il-Ġermanja u Franza biex flimkien jissuġġerixu miżuri lill-kunsill tal-Ministri Ewropej dwar l-inżul tal-immigranti u r-rilokazzjoni awtomantika. Qal li Malta ser tissuġġerixxi li numru ta’ immigranti li l-pajjiż jista’ jżomm.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tlesta x-xogħol ta’ restawr fuq l-istatwa titulari ta’ San Lawrenz, meqjum fil-paroċċa tar-raħal Għawdxi li ħa ismu mill-qaddis. F’ħames xhur ‘il bogħod mill-parroċċa tiegħu, l-istatwa fil-kartapesta għaddiet mill-ewwel proċess ta’…

Ekonomija u Finanzi

Id-Dipartiment tad-Dwana ħabbar li minn Ottubru li ġej, lubricating oil, magħruf ukoll bħala petroleum oil, u tabakk tal-‘water-pipe’, ma jistgħux jinbigħu mingħajr ma jkunu ssiġillati bit-timbru tas-sisa. Fi stqarrija d-Dipartiment…

Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Aktar