Barranin
Miżuri drastiċi biex inaqqsu t-turisti xurbana f’Ibiża u Magaluf

Il-Gżejjer Baleariċi ta’ Spanja għaddew liġi li tipprojbixxi l-‘pub crawls’ u l-‘happy hours’ fi tliet destinazzjonijiet popolari, bil-għan li jnaqqsu l-ammont ta’ turisti xurbana.

Il-postijiet milquta huma Sant Antoni f’Ibiża, u Playa de Palma u Magaluf f’Majorca. Din hija l-ewwel liġi ta’ dan it-tip fl-Ewropa. Il-miżura, li ddaħħlet fis-seħħ il-Ġimgħa, saret apposta mill-awtoritajiet biex tnaqqas ix-xorb f’dawn il-gżejjer.

Dawn it-tliet postijiet huma magħrufa għall-ammont ta’ festivals u parties, speċjalment fix-xhur tas-Sajf.

Il-liġi l-ġdida tgħid li ‘pub crawls’ la jistgħu isiru u lanqas jiġu reklamati. Twaqqaf ukoll reklamar ta’ ‘happy hours’, kif ukoll ‘boat parties’. Ħwienet li jbiegħu ix-xorb iridu wkoll jagħlqu l-bibien tagħhom bejn 21:30 u 08:00.

Negozji li ma jobdux dawn ir-regolamenti jistgħu jeħlu multi sa’ €600,000, jew jiġu mġiegħla jagħlqu għal perjodu ta’ tliet snin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġ persuni mietu meta l-ferrovija li kienu fuqha ħarġet barra l-linji qrib il-belt ta’ Wallan. Il-ferrovija li tinstaq b’veloċità kienet qed tivvjaġġa bejn Sydney u Melbourne. Għadd ta’ passiġieri oħrajn…

Barranin

Il-vapur ta’ salvataġġ Ocean Viking salva 274 immigrant ‘il barra mill-kosta tal-Libja. L-irġiel, in-nisa u tfal salvati waqt tliet operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran nhar it-Tlieta u lbieraħ. Fost l-immigranti…

Barranin

Ir-rapper Amerikan Pop Smoke nqatel waqt aktarx serqa f’daru. Bashar Jackson ta’ 20 sena kien f’daru f’Hollywood, Los Angeles meta żewġt irġiel b’rashom mgħammda daħlu fuqu u bdew jisparaw xi…

Barranin

Timmaġinak li waqt operazzjoni tibqa’ konxju? Timmaġinak li waqt operazzjoni ddoqq xi strument? Hekk għamlet Dagmar Turner waqt li kienet qed tiġi operata f’rasha. L-istaff mediku talab lil Turner ta’…

Aktar