Mogherini: is-sigurtà tagħna hija mhedda kemm mil-Lvant u anke min-Nofsinhar

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni Ewropea Federica Mogherini saħqet dalgħodu li s-sigurtà tal-Unjoni Ewropea mhix biss mhedda mis-sitwazzjoni li qed tkompli tiżviluppa fil-Lvant tal-Ewropa, iżda wkoll min-Nofsinhar minħabba s-sitwazzjoni li qed tiżviluppa fil-Libja.

Hija u tindirizza lill-ġurnalisti qabel laqgħa informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin fil-Latvja, Mogherini qalet li fis-sigħat li ġejjin se jkollha taħditiet f’Washington flimkien mas-Segretarju tal-Istat John Kerry u kollegi Għarab dwar miżuri kontra t-terroriżmu u l-vjolenza li qed tiżviluppa fost oħrajn fil-Libja.

Hija sostniet li l-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin hija importanti għax qed isseħħ fi żmien fejn is-sigurtà tal-UE hija mhedda kemm mill-fruntiera tal-Lvant fejn jidher ċar li nkiser il-ftehim ta’ Minsk għall-waqfien mill-ġlied bejn is-separatisti Ukreni u r-Russja kif ukoll min-Nofsinhar fejn kulma jmur il-militanti tal-Istat Iżlamiku qed ikomplu jiksbu territorju fil-Libja.

Mogherini saħqet fuq il-ħtieġa li l-pajjiżi Ewropej jingħaqdu flimkien għas-sigurtà tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Għadd ta’ kumpaniji qed joffru inizjattiva ġdida lill-impjegati tagħhom, dik li jaħdmu mid-dar jekk il-lejl ta’ qabel ikunu xorbu. Deskritta bħala ‘hangover day’, dak li jkun jista’ jibbukja dawn il-ġranet…

Barranin

Persuna li sofriet ġrieħi fl-iżbroff ta’ vulkan fi New Zealand, tilfet ħajjitha fl-Awstralja, fejn intbagħtet għall-kura. B’hekk issa l-ammont ta’ vittmi kkonfermati tela’ għal 16, fejn x’aktarx se jiżdied hekk…

Barranin

Il-Kap tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn skuża ruħu mal-partitarji tiegħu għat-telfa fl-elezzjoni ġenerali tar-Renju Unit il-Ħamis li għadda. F’ittri lill-ġurnali Sunday Mirror u Observer, hu ammetta li l-partit falla f’din…

Aktar