Lokali
Mogħoż fuq l-irdum f’Wied iż-Żurrieq – darhom jew le?

Għadd ta’ mogħoż ilhom jumejn jidhru jduru fuq l-irdum f’Wied iż-Żurrieq, fl-inħawi tal-Munqar. Ir-ritratt, li ttieħed ilbieraħ minn post magħruf bħala l-Ħnejja, juri madwar sitt mogħżiet.

Wara li r-ritratt ittella’ fuq il-midja soċjali, kienu bosta dawk li esprimew il-fehma li l-irdum huwa d-dar naturali tal-mogħoż, fejn iħobbu jirgħu. Oħrajn iżda qalu li jekk il-mogħoż ma jkunux imrobbija fil-miftuħ u mdorrija fiż-żona, jaf isibu diffikultà biex jitilgħu lura.

Fil-fatt, il-post fejn intlemħu l-mogħoż huwa dejjaq u fil-għoli ħafna, bi blat wieqaf f’ħafna postijiet, tant li n-nies qajla jistgħu jinżlu.

Persuni li tkellmu ma’ TVM qalu li l-mogħoż x’aktarx li ħarbu minn razzett, u għalkemm jaf isibu x’jieklu, jistgħu jkunu neqsin mill-ilma.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Ingliż ta’ 29 sena qed isofri minn ġrieħi serji wara inċident fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-Ingliż waqa’ minn fuq wara ta’ trakk…

Sport

B’kollox, ta’ kull sena, jidħlulha madwar 5,000 atleta. U, nhar il-Ħadd, xejn anqas, hekk kif daqstant ieħor mistennija jinġabru fl-inħawi tas-Saqqajja r-Rabat, bil-għan li jaħarqu kalorija jew tnejn. Il-Maratona ta’…

Mużika

Kull nhar ta’ Ġimgħa, fuq Television Malta, fis-7.00pm, jixxandar ‘Magic Malta Music Show’. Programm, ismu miegħu, relatat mal-mużika, u ppreżentat minn Dorian Cassar. Liema preżentatur, għal madwar nofs siegħa, idoqq…

Aktar