Barranin
Moħħ in-nisa jibqa’ żagħżugħ iktar minn tal-irġiel

Bħala medja, il-moħħ ta’ mara huwa erba’ snin iżgħar minn dak ta’ raġel fil-mod kif jaħraq iz-zokkor għall-enerġija.

L-iskoperta saret minn xjentisti fl-iskola medika tal-Università ta’ Washington, li kienu qed ikejlu s-sistema metabolika tal-moħħ.

Jirriżulta li s-sistema li biha moħħ in-nisa jaħraq il-‘glucose’ għall-enerġija tixjieħ iktar bil-mod minn dik tal-irġiel.

Għalkemm ir-riperkussjonijiet mediċi ta’ din l-iskoperta għadhom mhumiex ċari, din tista’ possibilment tkun parti mir-raġuni għalfejn in-nisa kapaċi jibqgħu attenti iktar fit-tul u jikkonċentraw fuq iktar minn ħaġa waħda fl-istess ħin.

Id-differenza bejn l-irġiel u n-nisa f’din is-sistema tibda tidher mill-bidu tal-ħajja adulta, u tippersisti sax-xjuħija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Twitter u Facebook ħadu passi biex jimblokkaw dak li ddeskrivew bħala kampanja ta’ misinformazzjoni li għaddejja bl-appoġġ taċ-Ċina. Twitter qal li neħħa 936 account li qal kienu qed jintużaw biex…

Barranin

Mara ta’ 21 sena f’El Salvador, li t-tarbija tagħha nstabet mejta f’latrina fejn welldet, inħelset mill-akkużi li qatlet lil bintha. Evelyn Hernández minn dejjem qalet li hija innoċenti. Hija insistiet…

Immigrazzjoni

Tkompli tiżviluppa l-kwistjoni tal-immigranti abbord il-vapur Open Arms. Fl-aħħar sigħat tniżżlu Lampedusa s-27 immigrant taħt l-età wara li l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini ta l-approvazzjoni li dawn jiddaħħlu l-Italja. Iżjed…

Barranin

Uffiċjal tas-sigurtà f’ajruport fi New York tkeċċiet mix-xogħol wara li tat nota lil passiġġier li fiha kien hemm miktub “Int ikrah”. Il-każ li seħħ f’Ġunju fi Greater Rochester International Airport. Il-filmat,…

Aktar