Lokali
Mons. Scicluna lest jisma’ l-informazzjoni dwar il-każ ta’ abbuż sesswali fiċ-Ċili

L-Arċisqof Mons. Charles Scicluna jinsab il-Vatikan wara li ġie appuntat mill-Papa Franġisku stess biex jinvestiga l-iskandlu tal-abbuż sesswali fiċ-Ċili. TVM huwa nfurmat li mistenni jdum ġimgħa l-Vatikan.

Id-dinja qed issegwi bir-reqqa l-każ dwar l-abbuż sesswali li kkommetta Fernando Karadima fiċ-Ċili li qajjem furur sħiħ fil-pajjiż wara li tkellem il-Papa dwar il-każ.

Il-Papa Franġisku bagħat għall-Mons Charles Scicluna biex jinvestiga l-iskandlu li nżamm mistur għal bosta snin mill-Isqof Juan Barros.

Il-Mons. Scicluna qal li jinsab lest jisma’ lil kull min jixtieq jissottometti xi informazzjoni li għandu dwar il-każ.

L-investigazzjoni qed tiġi deskritta bħala u-turn tal-Papa wara li, f’Jannar li għadda, kien saħaq li Barros kien innoċenti għax il-Vatikan qatt ma rċieva evidenza kontrih. Kienu bosta li akkużaw lill-Papa li ma kienx qed jifhem il-kriżi reliġjuża kbira li qed taħkem liċ-Ċile, tant li maż-żjara tiegħu fil-pajjiż inħarrqu bosta knejjes.

Kien il-Mons. Scicluna li żvela evidenza dwar abbuż sesswali li wassal għat-tneħħija tal-qassis Messikan Marcial Maciel – fundatur tal-Legionaries of Christ, fl-2005.

Numru ta’ rġiel akkużaw lil Barros li pproteġa lill-Fernando Karadima li nstab ħati f’investigazzjoni tal-Vatikan fl-2011 li kien abbużahom u bosta subien oħra.

Karadima dejjem ċaħad l-allegazzjonijiet kontrih. Barros stqarr li ma kienx jaf bl-abbuż.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Lukanda li tinsab quddiem il-baħar fil-Gżira ġiet miċħuda l-permess li tarma l-imwejjed u s-siġġijiet barra. Dan minkejja l-argument li nġieb li ħarġu diversi permessi simili fl-istess triq. It-Tribunal tar-Reviżjoni Amministrattiva…

Lokali

L-akkaniżmu tal-festa tela’ għal ras raġel mill-Birgu li spiċċa ta’ daqqa ta’ qasrija lil raġel ieħor.  L-inċident seħħ ilbieraħ waranofsinhar u x’aktarx li kien minħabba r-rivalità taż-żewġ każini f’din il-lokalità…

Kultura

Il-Milied ta’ din is-sena se jkun wieħed iktar speċjali għal dawk li għandhom għal qalbhom il-presepji. Bħal kull sena Festivals Malta qed tniedi l-Kompetizzjonijiet Nazzjonali tal-Presepji għall-Milied tal-2018 f’sitt kategoriji…

Aktar