Lokali
Monte Carmeli: Tallega li mhux jinbidlu l-ingwanti bejn swab u ieħor

Persuna li xtaqet tibqa’ annonima esprimiet it-tħassib tagħha wara li ġiet mgħajta biex isirlha swab test u min għamlilha t-test ma’ biddilx l-ingwanti bejn persuna u oħra.

Hija qalet lil tvm.com.mt li hi kienet fost numru ta’ persuni li qalulhom jagħmlu swab test fl-isptar Monte Carmeli, wara li kienu traċċati minn każ li fl-aħħar jiem ħareġ pożittiv għall-virus.

Żiedet tgħid li fil-fehma tagħha, min kien qed jieħu l-iswab tests, aktar kellu jkun attent għax il-probabilità hi li hemm min ħa jirriżulta pożittiv għall-infezzjoni. Qalet li lanqas sanitizer ma għamel.

Spjegat li l-persuna li kienet qed tieħu l-iswab kienet qed tmiss ras u geddum in-nies biex teħodilhom swab u l-ingwanti baqgħet ma bidlithomx minn persuna għal oħra.

Il-persuna li tkellmet ma’ tvm.com.mt qalet ukoll li hija bbukkjat lill-bqija tal-membri tal-familja tagħha fiċ-ċentru tal-iswabbing f’Mater Dei u hemmhekk osservat lil min kien qed jieħu l-iswabs ibiddel l-ingwanti wara kull persuna li jkun għamlilha swab.