Lokali
Monument iddedikat lill-akbar ħbieb tal-bniedem – l-annimali
Inawgurat monument f’Ħal Għaxaq li jiċċelebra dak li fi kliem il-voluntiera li ħadmu biex twettaq, huma l-akbar ħbieb tal-bniedem – l-annimali.
Żona zdingata li sa ftit ilu kienet tattira rimi ta’ skart illegali nbidlet fi ġnien żgħir. Twanny Vella, li ħadem biex żviluppa din l-idea qal li l-annimali m’għandhomx mibgħeda u jibqgħu leali lejn il-bniedem, tant li llum jiggwidaw lill-persuni neqsin mid-dawl kullimkien. Il-monument inħadem fil-ġebla Maltija u jinkludi diversi annimali fosthom kelb, qattus, papra u żiemel.
Waqt l-inawgurazzjoni, il-President Marie Louise Coleiro Preca qalet li l-monument hu ċelebrazzjoni artistika kif ukoll tal-volontarjat. Qalet li mill-annimali nistgħu nitgħallmu biex nuru mħabba bla kundizzjoni lejn xulxin biex tiġi salvagwardjata l-għaqda ta’ bejn il-bnedmin.