Ekonomija u Finanzi
Moody’s tikkonferma r-rating ta’ Malta fil-livell ta’ A3 bi prospetti pożittivi

L-aġenzija internazzjonali Moody’s ikkonfermat ir-rating tal-ekonomija Maltija fil-livell A3 bi prospetti pożittivi.

L-ekonomisti ta’ Moody’s qalu li minkejja ċ-ċokon tal-pajjiż, l-ekonomija wriet sinjali qawwija ta’ tkabbir li fl-aħħar snin laħaq medja ta’ 7.2%. Żiedu jgħidu li l-livell tal-ġid tal-pajjiż jagħti protezzjoni għal xi effetti negattivi li jistgħu jirriżultaw minn fatturi esterni.

L-ekonomisti kkumentaw ukoll fuq it-tisħiħ tal-finanzi tal-Gvern li wassal biex mill-2016, Malta beda ikollha surplus fil-Budget. Qalu li fuq dan il-kriterji jistgħu jikkonfermaw ir-rating ta’ Malta fil-livell A3 bi propsetti pożittivi.

Moody’s qalet li barra l-fatturi esterni, il-livell tad-dejn u l-garanziji tal-Gvern fuq id-dejn tal-Gvern estiż jistgħu jkunu problematiċi, iżda żiedet tgħid li hemm xejra sostnuta fit-tnaqqis tal-livell tad-dejn tal-Gvern. Għaldaqstant fuq il-kriterji tat-tnaqqis fid-dejn u t-tkabbir ekonomiku sostnut, l-aġenzija qalet li tara prospetti pożittivi biex Malta tingħata klassifika aħjar fil-livell ta’ A2.

L-ekonomisti stqarrew ukoll li l-pajjiż jeħtieġ ikompli jindirizza l-isfidi strutturali fosthom fil-qasam tas-suq tax-xogħol, fl-infrastruttura u fl-ambjent tan-negozju.

Moody’s qalet li l-klassifika ta’ Malta tista’ tiġi riveduta ‘l isfel fost l-oħrajn jekk ikun hemm kambjament għall-agħar fil-politika finanzjarja tal-Gvern jew jonqos ir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku u jekk ma jissaħħux l-istituzzjonijiet tas-saltna tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Fir-rapport ta’ disa’ paġni, Moody’s innutaw ukoll li l-Gvern laqa’ l-proposti tal-Kummissjoni Venezja għar-riformi istituzzjonali u qed jimplimenta d-direttivi tal-Unjoni Ewropea kontra l-ħasil tal-flus.

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

Il-Kap Eżekuttiv tal-GO, Nikhil Patil, qal li kważi wasal nofs triq l-investiment ta’ €100 miljun li l-kumpanija qed tagħmel f’sistema ta’ fibre optic cable għas-servizzi tagħha. Huwa qal li dal-proġett…

Lokali

Wara li lbieraħ filgħaxija ġġarraf bini fi Gwardamanġa, Transport Malta qalet li qed tissospendi t-testijiet tat-teorija minħabba li l-uffiċċju fejn isiru dawn it-testijiet huwa parti minn din il-binja li ġġarfet….

Lokali

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Knisja organizzat laqgħa ta’ djalogu ma’ rappreżentanti tal-partiti politiċi dwar il-politika li għandu jħaddan il-Parlament Ewropew fil-leġislatura li jmiss. Il-Kummissjoni għażlet it-tema ‘Naġġustaw l-Ewropa għall-Ġid Komuni’…

Turiżmu

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena ġew Malta ftit aktar minn 78,000 turist abbord il-vapuri tal-passiġġieri. Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kien hemm żieda ta’ aktar minn 810,000 passiġġier meta…

Aktar