Lokali
Mormija f’Malta u jintużaw f’pajjiżi fqar

Ta’ kuljum il-pubbliku qed jarmi bejn 100kg u 350kg ħwejjeġ u żraben minn kull kontenitur magħrufa bħala ‘Clothing Banks’ li hawn mifruxa madwar Malta u Għawdex.  B’kollox hawn 98 kontenitur mifruxa madwar Malta u Għawdex, bl-iktar li n-nies jitfgħu fihom huma ħwejjeġ, żraben u basktijiet.

Minn tagħrif miksub minn tvm.com.mt jirriżulta li l-kumpanija li ħarġet b’din l-inizjattiva qed tiġbor mal-25,000kg ħwejjeġ kull ġimgħa u qed tistma li sal-aħħar tas-sena se tkun ġabret mal-1,200,000kg ta’ ħwejjeġ.

Brian Cardona, minn RefabLightblue Partnership spjega kif il-ħwejjeġ li jkunu tajbin jiġu ppakkjati għall-esportazzjoni.  Dawk il-ħwejjeġ li ma jkunux ikkundizzjonati jinbidlu fi ċraret.

Il-kumpanija titħallas skont il-piż tal-materjal li jkun esportat, filwaqt li l-ħwejjeġ jinbiegħu bi ftit ċenteżmi ta’ ewro f’pajjiżi fqar.

Din l-inizjattiva bdiet 11-il sena ilu bħala proġett pilota bil-għan li teduka lit-tfal u tħeġġeġ lin-nies jirriċiklaw il-ħwejjeġ.  Is-Sur Cardona qal li l-kumpanija tiegħu ssieħbet ma’ kumpanija Taljana biex tintroduċi dawn l-hekk imsejħa ‘Clothing Banks’ li mistennija jkomplu jiżdiedu f’iktar postijiet fiż-żmien li ġej.

Skont is-Sur Cardona qal li għaddejja ħidma biex jitnieda proġett sabiex il-pajjiż ma jkollu ebda skart iġġenerat mill-ħwejjeġ u ż-żraben.

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei kompla bl-isforzi biex jikber l-għarfien u l-prevenzjoni dwar il-mard tal-qalb. F’jum ta’ attivitajiet, mijiet ta’ nies għamlu testijiet mediċi f’inizjattiva tas-Soċjetà tal-Qalb biex jikber l-għarfien dwar…

Għawdex

L-investiment fil-prodott turistiku Għawdxi ser jissukta bi skema ġdida Enable Tourism li kienet tħabbret fil-Budget għal din is-sena. L-iskema hija maħsuba biex itejjeb l-aċċessibiltà fil-postijiet tal-akkomodazzjoni turistika. Id-dettalji tagħha tħabbru…

Lokali

Charlot Gauci qed jinżamm arrestat wara li nħarġet ordni tal-Qorti. Fl-4 ta’ Ottubru, il-Pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab Gauci wara li l-Qorti ordnat l-arrest tiegħu. Hu qed jinżamm arrestat…

Aktar