Barranin
Morna għal btala mhux biex navvelenaw lil xi ħadd – is-suspettati Russi tal-attakk f’Salisbury

Iż-żewġ Russi akkużati li wettqu l-attakk b’sustanza tossika f’Salisbury qed jiċħdu li marru r-Renju Unit biex javvelenaw lill-ex spija Russu, bintu u żewġ persuni oħra f’żewġ każi separati.

Alexander Petrov u Ruslan Boshirov qalu lill-istazzjon televiżiv Russu RT li huma marru r-Renju Unit għal btala qasira fuq suġġeriment ta’ xi ħbieb tagħhom biex iżuru dan il-pajjiż.

Fl-intervista huma qalu li fost il-postijiet li żaru waqt il-btala kien hemm il-katidral storiku tal-belt u Stonehenge, li jinsab 10 mili bogħod minn Salisbury.

La l-Pulizija u lanqas membru parlamentari tal-belt ta’ Salisbury ma qed jemmnu l-verżjoni taż-żewġt irġiel suspettati bl-attakk ta’ Marzu li għadda meta ġie avvelenat Sergei Skripal u bintu.

Il-prosekuturi Ingliżi qalu li għandhom biżżejjed evidenza biex jakkużaw liż-żewġ Russi bl-attentat ta’ qtil u bil-kumplott tal-qtil b’rabta mal-attakk li wettqu fl-4 ta’ Marzu.

Huma kisbu mandat t’arrest Ewropew u talbu lill-Interpol biex joħorġuh biex jiġu arrestati ż-żewġ suspettati għax ir-Russja ma testradix liċ-ċittadini tagħha barra l-pajjiż.

Ara wkoll:

Żewġ Russi identifikati bħala suspettati tal-avvelenament ta’ ex spija Russu

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ingliża kellha triplets minkejja li kienet qed tieħu pillola li suppost kellha tkun kontraċettiv.  Hannah Donaghue ta’ 29 sena minn Northampton bdiet tieħu dawn il-pilloli 8 snin ilu wara li…

Barranin

Kulħadd xortih fid-dinja u jidher li l-qattus ta’ Karl Lagerfeld għandu xorti tajba. Chiupette għandu ċans li jiret mal-€172 miljun wara li sidu miet ilbieraħ fl-età ta’ 85 sena. Waqt…

Barranin

Jiftaħ uffiċjalment illum is-summit fil-Vatikan dwar il-prevenzjoni tal-abbużi sesswali fuq it-tfal, b’isqfijiet minn madwar 130 pajjiż. Din il-laqgħa għolja qed titqies bħala sforz ewlieni xprunat mill-Papa Frangisku biex tkun indirizzata…

Barranin

Shamima Begum, li ngħaqdet mal-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Stat Iżlamiku fis-Sirja meta kellha ħmistax-il sena, tilfet iċ-ċittadinanza tar-Renju Unit. L-avukat tal-familja Begum, qal li l-familja hija diżappuntata bid-deċiżjoni u…

Aktar