Sbuħija
Mrs Siġġiewi tirbaħ is-7 edizzjoni ta’ Mrs Malta 2020

Geraldine Ellul Magri mis-Siġġiewi hija r-rebbieħa tas-seba’ edizzjoni tal-konkors tas-sbuħija, Mrs Malta 2020. Ellul Magri hija omm ta’ tliet itfal. Ellul Magri se jkollha l-opportunità li tirrapreżenta lil Malta fil-konkors Mrs World 2021, is-sena d-dieħla.

Hija ntgħażlet minn fost 15-il finalista li wasslu sal-finali, ilbieraħ filgħaxija waqt attività f’Montekristo. Is-serata kienet organizzata mis-Sur Ivan Gaffiero u kienet mimlija spettaklu mix-xena tal-moda.

Fit-tieni post ikklassifikat Nadine Cuschieri Mrs Rabat u fit-tielet post, Shaline Pullicino, Mrs Imrieħel.