Lokali
Multa ta’ €100,000 wara li qalgħu siġar qabel inħareġ il-permess

Il-proġett għall-ħolqien ta’ żona ġdida għall-kunċerti f’Ta’ Qali ġie mmultat €100,000 mill-Awtorita’ għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA. F’laqgħa tal-bord tal-awtorità, ġiet ikkunsidrata applikazzjoni biex jinqalgħu siġar minn din iż-żona iżda l-awtorita’ sabet li x-xogħol għaddej diġa, minkejja li l-applikazzjoni kienet għadha ma ġietx deċiża. Kien għal din ir-raġuni li l-awtorita’ imponiet din il-multa għax ix-xogħol sar mingħajr permess. Eventwalment, il-bord ħareġ il-permess biex jissokta x-xogħol bil-kundizzjoni li ssir garanzija bankarja ta’ €174,000 u ordna li bħala kumpens iridu jitħawlu 675 siġra.